Diskors
minn

Dun Colin Apap

waqt
il-Funeral tal-Kappillan ta' Hal Luqa
il-W.R. Dun Joseph M. Camilleri

L-Erbgha, 11 ta' Gunju 2003

Fr. Colin Apap kien ukoll ordnat sacerdot flimkien ma' Fr. Joe Camilleri fl-1974, meta Mons Arcisqof Mikiel Gonzi kien ordna 50 sacerdot fl-okkazjoni tal-50 Anniversarju ta' l-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. Din hija t-tislima li ghamel Dun Colin Apap fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa waqt il-funeral tal-Kappillan:

"Joe, illum qed nattendi l-funeral tieghek..........
Stajt kont int tattendi l-funeral tieghi. Imma d-destin ried hekk: waqgha banali wasslitek hames gimghat l-ITU. U kuljum, jien, shabna, kull min kien jafek, b'idejn 'l fuq nemmnu l-kuntrarju ta' dak li bdew jghidu t-tobba.
U stennejna, jum wara l-iehor, lejl wara lejl ... nistennew.

Kont nigi kwazi kuljum tard bil-lejl inhares cass lejk, kollok pajpijiet u monitors. Nistudja kull figura fic-charts enormi li kellek ma' soddtok.
Nistaqsi .. darba... tnejn lill-infirmiera, lit-tabib, xi jfisser kull hoss tal-magna, numru li jitbiddel, mhux b'kurzita daqskemm bix-xewqa li nara l-progress-fejqan li xtaqt. U gie t-tabib..."this is a miracle of ITU", qalli.
U tajt l-ahbar it-tajba lin-nies ta' Hal Farrug.
U tlabna, xtaqna u hlomna.

U darba gejt filghodu u sibtek gharqan bid-deni, Wicc tabib, infirmiera, imqarras. Kellmuni iktar minn figura mnizzla fuq chart minn infirmiera. U fis-sitta u nofs ta' filghodu telefon iwerzaq mewtek.

Ma nafx x'ridt nghid...x'ridt naghmel.....
Bqajt inhares cass...Ghaliex, ghaliex int?

X'jifdal, Joe?
Il-memorji ta' l-ghazliet ta' mhabba li ghext - dawk jibqghu: it-tmien snin flimkien ta' studju, hiltek fit-tmexxija f'Tal-Virtu', fl-Istitut Kattoliku, f'hidmietek f'Hal Luqa fejn prezenza ta' tant nies jaghtuk xhieda ta' dak li hdimt ghalih - il-ghaqda, il-bini ta' komunita' li thobb u taghder.

Grazzi Joe.
Skuzani ta' kemm-il darba nqastek. Imhabbti lejk ma tmut qatt.
U sakemm nergghu niltaqghu, ghaddielna kelma tajba ma' min tant habbejt u ressaqt nies lejH."

Aghtih o Mulej il-mistrieh ta' dejjem.

LURA