OBITUARY





Il-W.R. Dun Joseph M. Camilleri
1949 - 2003

KAPPILLAN TA' HAL LUQA
09.03.1997 - 09.06.2003

Aghtih o Mulej il-mistrieh ta' dejjem.



Fr. Joe M. Camilleri bin Giuseppe u Katrin, twieled f'Hal Qormi fit-18 t'Awissu 1948 u kien ordnat sacerdot fl-1974. Kien ilu Kappillan ta' Hal Luqa mill-1997, l-ewwel inkarigu tieghu ta' Kappillan.

Dun Joe Camilleri beda jghallem fis-Seminarju Minuri fl-1981 u bejn l-1987 u l-1994 kien Surmast tas-Seminarju. F’Lulju 1994, Dun Joe sar Assistent Direttur ta’ l-Istitut Kattoliku, waqt li fl-1 ta’ Jannar 1995 sar Direttur ta’ l-Istitut Kattoliku. Fl-1997, inhatar mill-Arcisqof bhala Kappillan tal-Parrocca ta' Sant'Andrija ta' Hal Luqa. Bhala sacerdot kien attiv hafna fil-qasam tal-media.

Dun Joe Camilleri miet tragikament, wara li kien ilu rikoverat bi griehi gravi fl-Isptar San Luqa mit-2 ta' Mejju 2003, wara li waqa' gholi ta' 12-il filata f'bokkaport fuq il-palk tas-sala parrokkjali ta' Hal Luqa, fejn kien qed isir xi xoghol konness mal-palk. Dak il-hin, il-kappillan kien flimkien ma' zewg zghazagh ohra u peress li kienu ghadhom ma xeghlux id-dawl, Fr. Joe ma ndunax li l-bokkaport kien miftuh u b'konsegwenza, li tfixkel u baqa' niezel. Fuq il-post kellhom jissejjhu l-Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili biex Fr. Joe seta' jittella mill-bokkaport. Minn hemm huwa ttiehed fit-Taqsima tal-Kura Ntensiva fl-Isptar San Luqa. Wara 40 jum fl-ITU, il-Kappillan Joe Camilleri tilef il-glieda kontra l-mewt. Kmieni nhar it-Tnejn 9 ta' Gunju, fis-6.30 a.m., Fr. Joe Camilleri halliena.

Il-Qniepen tal-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa habbru l-mewt tieghu bid-daqq tal-mota funebri l-kbira li tindaqq biss meta jmut sacerdot, ghal hin twil. L-istess ghamlu l-qniepen tal-Knisja ta' San Bastjan f'Hal Qormi, fejn Fr. Joe kien ghamel zmien iservi bhala Vici Parrokku. Il-Kazini lokali kollha nizzlu l-bnadar mezz'asta b'turija ta' rispett. Il-Hwienet ukoll wahhlu l-mustaxxija b'sinjal ta' rispett. Fuq nota storika, din kienet l-ewwel darba f'Hal Luqa (u nahsbu wkoll f'Malta) li Kappillan miet waqt li kien jaqdi d-doveri tieghu fil-parrocca, u meta kien ghadu fil-kariga.

Il-Kurja Arciveskovili habbret l-arrangamenti ghall-Funeral Solenni tieghu li kellu jsir nhar l-Erbgha, 11 ta' Gunju, fiz-zewg parrocci li tant kellu rabta maghhom: Hal Qormi u Hal Luqa.

L-Erbgha fil-ghodu, it-tebut wasal fil-Knisja Parrokkjali ta' San Sebastjan f'Hal Qormi ghal habta tad-9.30 a.m., fejn tpogga quddiem l-artal. Kienu hafna dawk mill-parrocca ta' San Bastjan, il-parrocca li fiha twieled u kiber Fr. Joe, li marru jitolbu ghalih fil-Knisja. Dam hekk espost ghat-talb tal-Komunita' Qormija sas-1.00 p.m. Fis-1.30 p.m. il-karozza tal-mejtin wasslet it-tebut ieghu sa' fejn l-iskola primarja ta' Hal Luqa, fejn kien hemm il- Komunita' ta' Hal Luqa, kif ukoll il-Qriema jistennew biex jaghtu l-ahhar tislima mill-qalb lil Dun Joe Camilleri, il-Kappillan tal-Parrocca ta' Hal Luqa. Hafna fissruh bhala bniedem li ghadda lil haddiehor hafna esperjenzi sbieh fil-hidma pastorali tieghu li wettaq tul is-snin.

Il-messaggi fil-ktieb tal-kondoljanzi li kien hemm fil-Knisja ta' San Bastjan kif ukoll fil-Knisja ta' Hal Luqa kienu mimlija mhabba lejn din il-persuna u lejn ix-xoghol li wettaq b'tant dedikazzjoni tul hajtu biex iwassal bl-ahjar mod it-taghlim tal-Knisja. Il-maggoranza tal-messaggi kienu karatterizzati mill-kliem: "Grazzi Fr. Joe".

Mijiet ta' nies hargu fit-toroq ewlenin ta' Hal Luqa bhala turija ta' apprezzament u ringrazzjament ghall-hidma pastorali li wettaq fl-ahhar sitt snin fil-parrocca ta' Hal Luqa. It-triq ewlenija - Triq Sant'Andrija - li minn tarf Hal Luqa twassal ghall-Pjazza, kienet mizghuda bin-nies.

Fil-korteo funebri, hadu sehem fost l-ohrajn, il-qraba ta' Dun Joe Camilleri fosthom missieru, ommu u hutu, il-kleru tal-Parrocca ta' Hal Luqa u ta' Hal Qormi, mmexxija mill-Vici Parrokku Dun Norman Zammit, iz-zewg baned Luqin u rapprezentanza tal-banda Pinto ta' Hal Qormi, il-girl guides u l-iscouts ta' Hal Luqa. Fis-2.00 p.m. il-Banda Unjoni bdiet iddoqq marci funebri segwita mill-Banda Sant'Andrija li wara bdew jalternaw b'marc kull wahda.

Il-korteo ha madwar siegha biex wasal minn fejn l-iskola Primarja sal-Knisja Parrokkjali li kienet mimlija sacerdoti u nies, u minn kull fejn ghadda, it-tebut ta' Fr. Joe intlaqa' b'capcip kbir min-nies prezenti. Mal-wasla tieghu fil-Pjazza, in-nies prezenti infexxew f'capcipa twila li damet sejra sakemm it-tebut iddahhal fil-Knisja u tpogga f'riglejn l-artal, ihares lejn in-nies. Fuq it-tebut tieghu tqeghdu l-Istola li kien jilbes bhala sacerdot u l-ktieb tal-Vangelu.

Prezenti ghall-quddiesa 'presente cadavere' li kienet koncelebrata mill-Isqof Awziljarju, Mons. Annetto Depasquale, flimkien ma' madwar 120 sacerdot, attendew diversi personalitajiet distinti fosthom: l-Agent President ta' Malta, it-Tabib George Hyzler, il-Ministru John Dalli, Membri Parlamentari tad-Distrett Clyde Puli, John Attard Montalto, Antoine Mifsud Bonnici, id-Deputat Mexxej tal-MLP, Dr. Charles Mangion, is-Sindku ta' Hal Luqa flimkien mal-Kunsill Lokali u Rapprezentanti tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali ta' Hal Luqa u membri ta' Ghaqdiet Religjuzi.

Mons. Vigarju Annetto Depasquale fakkar li ghalkemm l-incident fatali li kien involut fih Fr. Joe hasad lil kulhadd, ghamel elogju ghall-energija u l-hegga li kellu dan il-Kappillan, biex dejjem iressaq lill-komunita' ta' Hal Luqa, u kull fejn hadem, lejn it-taghlim ta' Kristu. Fi tmiem il-Quddiesa, Mons. Arcisqof Giuseppi Mercieca qal it-talba ta' l-ahhar tal-mejtin u bierek u ncensa it-tebut ta' Fr. Joe, waqt li afdah ghall-hniena tal-Mulej.

Saru diskorsi qosra minn diversi personalitajiet, fosthom mill-Vici Parroku tal-Parrocca ta' Hal Luqa, Dun Norman Zammit u li fuqhu waqghet ir-responsabilta' temporanja tal-parrocca; minn Dun Colin Apap li ghal dawn l-ahhar snin hadem flimkien ma' Dun Joe fiz-zona pastorali ta' Hal Farrug, li taqa' taht il-parrocca ta' Hal Luqa.

Wara l-funzjoni religjuza, it-tebut inhareg ghall-ahhar darba mill-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa, merfugh mill-membri tal-Ghaqda Teatrali Skene, ghac-capcip tal-Luqin u l-Qriema prezenti, u d-daqq tal-mota funebri tal-qniepen tal-Knisja. Malli wasal quddiem il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija, u allura quddiem id-Dar Parrokkjali fejn kien joqghod matul il-parrokkat tieghu f'Hal Luqa, inghata l-ahhar tislima permezz ta' salut bil-murtali u bil-bandiera tittella u terga' titnizzel mezz'asta. Wara it-tebut iddahhal fil-karozza tal-mejtin li kienet magenb il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija u minn hemm hekk beda t-triq tieghu lejn ic-Cimiterju ta' Santa Marija Addolorata fejn indifen fil-qabar tal-familja.

B'turija ta' rispett u b'sens ta' solidarjeta' ghat-telfa tal-kappillan, il-Festa ta' Sant'Andrija, Titular ta' Hal Luqa, din is-sena mhix ser tigi ccelebrata.

Aghtih o Mulej il-mistrieh ta' dejjem.

Mill-Album tal-Parrocca: