Diskors
minn

Dun Norman Zammit
Vici Parroku ta' Hal Luqa

waqt
il-Funeral tal-Kappillan ta' Hal Luqa
il-W.R. Dun Joseph M. Camilleri

L-Erbgha, 11 ta' Gunju 2003

Fr. Norman Zammit kien ordnat sacerdot sentejn ilu u gie assenjat bhala Vici Parroku minflok Dun Raymond Cassar li kien qed iservi bhala Vici Parroku f'Hal Luqa, u li kellu jirtira minhabba sahtu. Dan huwa d-diskors li ghamel Dun Norman fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa waqt il-funeral tal-Kappillan, fil-prezenza ta' l-ghola awtoritajiet ekklesjastici:

"Eccellenza, il-komunita ta' Hal Luqa kollha talbet lil Alla sabiex jaghti l-fejqan lill-kappillan ta' dan ir-rahal li kien ferm mahbub u jerga' jigi fostna. Imma t-toroq t'Alla hadd ma jafhom u forsi bhalissa huwa l-iktar mument fejn din il-komunita' titlob it-talb taghkom sabiex iqawwiha fil-fidi, fit-triq mudlama bhal din u taghraf tintelaq kollha kemm hi f'idejn il-Mulej.

Din il-komunita' ma tistax ma tkunx grata lejkom Eccellenza talli fl-1997 ghogobkom tibghatuh fostna bhala Kappillan sabiex ikompli x-xoghol tant siewi fl-ghalqa tal-Mulej.

Kif taf mill-ewwel ha interess sabiex jara kif jaghmel u jaghti bidu sabiex ikompli jsebbah dan it-Tempju tant ghal qalb il-komunita' Hal Luqija. Kif forsi tinnota ta bidu sabiex jirranga l-artal skond kif titlob il-liturgija f'dawn iz-zminijiet, ha hsieb jillostra l-paviment tal-knisja li gie jidher qisu wiehed gdid, irrestawra bosta oggetti fil-Knisja. U ma nistax ma nsemmix l-ahhar progett li beda u li ma kellux jarah mitmum, u dan qed nghid ghall-invjar tal-Knisja, li hadem bis-shih sabiex ikun hemm il-bidu tieghu.

U dan Eccellenza, meta nsemmi affarijiet materjali. F'dak li hu spiritwali hadem bis-shih bl-imhabba, l-pacenzja u l-prudenza biex ressaq bosta nies lejn id-dar t'Alla, meta b'mod specjali fih bdew jaraw strument ta' ghaqda, meta kienu jarawh jahdem biex iressaq il-kazini tal-festa qrib xulxin. Imma l-hidma f'dik li kienet ghaqda ma kienetx din biss, wahda mill-iktar xewqat tieghu kienet li l-ghaqdiet kollha ikunu aktar vicin xulxin u qalb wahda flimkien.

Eccellenza, f'isem il-kleru ta' Hal Luqa u l-komunita' kollha, nixtieq nirringrazzjak talli ghogobkom tigu taqsmu dan iz-zmien ta' niket maghna. Kif taf, mhijiex telfa zghira din taghna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil tant sacerdoti li ghogobhom jikkoncelebraw f'din il-quddiesa. Nirringrazzja wkoll lil dawk il-bosta nies li ghenuni sabiex inhejju kollox fi zmien daqshekk qasir. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-membri tal-familja tal-kappillan li accettaw li naghtuh l-ahhar tislima fit-Tempju taghna taht il-harsien ta' Sant'Andrija, qaddis patrun li tant kien ihobb.

Eccellenza, qabel naghlaq ma nistax ma nirringrazzjakx talli sena u nofs ilu ghogbok tibghatni f'dan ir-rahal imzejjen b'nies mill-ahjar u tant generuzi u li qsamt l-ewwel zmien tas-sacerdozju tieghi ma' bniedem daqshekk ta' qalb kbira bhalma kien Dun Joe.

Ir-rahal kollu jibqa jiftakar fih b'ghozza kbira u jhares lejh bhala sacerdot bhal Kristu, li ta lilu nnifsu ghall-merhla tieghu."

Aghtih o Mulej il-mistrieh ta' dejjem.

LURA