IL-PARROCCA TA' HAL LUQA







FESTI RELIGJUZI CCELEBRATI FIL-KNISJA PARROKKJALI TA' HAL LUQA







IL-FESTA TITULARI TA' SANT'ANDRIJA, App.
PATRUN TA' HAL LUQA

li tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd ta' Lulju.



Il-festi titulari hadu l-bixra taghhom ta' kif nafuhom illum fuq medda ta' snin u kienu diversi l-fatturi u c-cirkustanzi li wasslu ghal dan. Il-festa titulari tar-rahal taghna lill-Appostlu Sant'Andrija ghaddiet mill-istess zvilupp biex illum ghandna l-festa li nafu ahna.

Il-festa kienet tigi ccelebrata fil-jum proprju tal-festa liturgika ta' Sant'Andrija jigifieri nhar it-30 ta' Novembru. Fl-ewwel snin wara li Hal Luqa saret parrocca, l-festa kienet tkun celebrata fil-Knisja biss, u kienet tikkonsisti jew f'quddiesa kantata bil-panigierku biss, jew inkella quddiesa u ghasar kantati. Lejliet il-festa kien isir il-vespri u nhar il-festa kienet issir quddiesa kantata bil-panigierku fil-ghodu u kant tat-tieni vespri fil-ghaxija. Malli kien jintemm il-vespri ghal habta ta' xi l-4.30 p.m. in-nies kienet titla' sal-misrah. Min jintefa' fil-hanut tax-xorb, min kien idur ma xi mejda jissogra xi haga tal-flus fuq ir-rota tal-loghob u ohrajn kienu jieqfu jpacpcu ma' hbiebhom u jixtru xi bicca qubbajd minghand tal-qubbajd li dak innhar kienu jarmaw quddiem il-Knisja.

Fl-1575, il-festa kienet issir b'quddiesa u ghasar. Il-kappillan ta' Bir Miftuh (li minnha harget il-parrocca ta' Hal Luqa), Dun Bartolomeo Mangion kien qal lill-Isqof Dusina li kienet drawwa tieghu li fil-festi tal-irhula li kienu jsiru fil-parrocca tieghu, kien imur iqaddes fil-knisja fejn tkun qed issir il-festa. Fil-Knejjes l-ohra tar-rahal kienu jsiru l-festi fil-jum tal-patrun taghhom b'vespri u quddiesa. Xi festi minn dawn kienu jispiccaw b'ikla lill-kappillan jew lill-qassis li jkun ghamel il-festa. Gieli wkoll kienu jaghtu xi haga x'jieklu jew lill-foqra jew lin-nies li jkunu hadu sehem fil-festa tal-knisja.

Bejn l-1729 u l-1740 bdiet tohrog il-purcissjoni bir-relikwija tal-qaddis. Statwa ta' Sant'Andrija ma kienx hawn u ghalhekk kienet tohrog ir-relikwija tal-qaddis. Din ir-relikwija ilha Hal Luqa sa mill-1715 u kien gabha habib tal-kappillan Agius, certu Francesco Albotti, minghand l-Abbati tal-patrijiet Cistercensi tal-Monasteru ta' San Fabjan u San Sebastjan f'Ruma. Taha lill-Kappillan Agius fit-12 ta' Gunju 1715 f'relikwarju tal-bronz indurat. Fl-1721 sar Ostensorju bi flus Dun Guzepp Ellul u n-Nutar Filippu Tonna.

Kien proprju l-Gran Mastru De Rohan li fl-1777 ordna biex il-festi kemm fil-Knisja kif ukoll barra jsiru bl-akbar pompa, u dan sabiex il-poplu jallegra ruhhu u jaljena. Dan kien il-bidu tal-festi fl-irhula u fl-ibliet kif nafuhom illum. F'Novembru 1781 insibu li l-Isqof Labini ra l-istatwa ta' Sant'Andrija lesta fin-nicca taghha. Minn studju ricenti li ghamel Dr. John Debono, B.A., M.A., Ph.D., gie svelat illi din l-istatwa saret mill-iskultur Giuseppe Scolaro li kien mill-Isla. Id-disinn ta' l-istatwa kien ta' Giuseppe Bonnici filwaqt illi din l-istatwa thallset minn Andrea Camenzuli, it-tnejn Hal Luqin. (Ara Lehen il-Parrocca Luqa -Lulju Awissu 2005). Il-mixghela kienet issir bit-tazzi taz-zejt u mhux l-ewwel darba li saru wkoll il-fjakkoli.

Beda jsir in-nar ghall-festa, b'murtaletti, maskli u giggifogu; filwaqt li fis-snin ta' bejn l-1835 u l-1849, il-prokuratur kien jahseb biex igib banda ghall-festa. Di fatti fis-sena 1879, ir-rahal kien mixghela wahda: insibu li sew lejlet u nhar il-festa daqqew zewg baned. F'jum il-festa, banda daqqet fuq palk fil-pjazza u l-ohra mxiet mal-purcissjoni. Is-surmast Pawlu Nani li kien Maestro di Cappella, daqq ghall-ewwel darba antifona gdida komposta minn ibnu Antonio Nani.

Wara din l-antifona baqghet tinstema' ghal hafna snin fil-festa tal-Appostlu Sant'Andrija, sakemm fl-1930 haditilha postha l-antifona li ghandna llum u li hija komposizzjoni ta' Ferdinando Camilleri. In-nar ghal din is-sena inhadem kollu minn dilettanti Hal Luqin.



IL-FESTA LITURGIKA TA' SANT'ANDRIJA, App.
PATRUN TA' HAL LUQA

li tigi ccelebrata fid-29 ta' Novembru ta' kull sena.

l



Il-festa liturgika ta' Sant'Andrija tigi ccelebrata normalment fit-30 ta' Novembru ta' kull sena. Gie li minhabba li l-Ewwel Hadd ta' l-Avvent ikun jahbat ezatt fit-30 ta' Novembru, allura l-festa liturgika tigi ccelebrata jew fid-29 ta' Novembru inkella fl-1 ta' Dicembru. Hekk per ezempju, fis-sena 2014, l-ewwel hadd tal-avvent habat ezatt fit-30 ta' Novembru u allura l-festa liturgika ta' Sant'Andrija giet iccelebrata fl-1 ta' Dicembru.

Il-festa liturgika ta' Sant'Andrija tigi ccelebrata permezz ta' programm ta' attivitajiet li jilhqu l-qofol taghhom f'jum il-festa liturgika, permezz ta' quddiesa kkoncelebrata solenni mill-kleru tal-parrocca akkumpanjati mill-Kor.

Fost l-attivitajiet li jsiru ghal din l-okkazjoni tal-festa liturgika jkun hemm quddiesa ghall-morda u ghall-persuni b'dizabilita'; gie li anke jkun hemm gurnata li fiha jigi amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof.


Fil-jum proprju tal-festa, ikun hemm ir-Ruzarju, issir it-transulazzjoni tar-relikwija ta' Sant'Andrija, u wara tibda l-Quddiesa Solenni ta' Sant'Andrija. Wara l-quddiesa jitkanta l-Innu, l-Antifona u tinghata l-Barka Sagramentali.



IL-FESTA TAL-MADONNA TAR-RUZARJU

li tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd ta' Ottubru.



Wara l-mewt tal-Isqof Cagliares, kien qed imexxi d-djocesi l-Vigarju Kapitulari Pontremoli. Fl-20 ta’ Awissu 1634, zar il-parrocca l-gdida ta’ Hal Luqa. Mhux biss mar fil-Knisja parrokkjali u kellem lill-kleru u ‘ l poplu, izda zar ukoll il-knejjes l-ohra tar-rahal biex jara kif kienu mizmuma – haga li kienet issir matul vizta pastorali.

Kien matul din il-vizta pastorali li twaqqfu fil-parrocca l-fratellanzi tas-Sagrament u tar-Ruzarju. Il-Vigarju Kapitulari iltaqa ma xi whud li qabel kienu msehbin mal-fratellanzi ta’ Birmiftuh u heggighom biex ihajru ohrajn jissiehbu maghhom. F’cerimonja li ghamel, waqqaf il-fratellanza tas-Sagrament fuq l-altar maggur u dik tar-Ruzarju quddiem inkwadru tal-Madonna li kien hemm fil-knisja. Hawn ghamlilhom il-kuragg biex jibnu kemm jista’ jkun malajr altar li kellhu jkun iddedikat lill-Madonna tar-Ruzarju. L-ewwel Prokuratur tal-Fratellanza tas-Sagrament kien Bazilju Farrugia u dak tar-Ruzarju Duminku Tonna.

Fit-3 t’Ottubru 1635, z-zewg fratellanzi talbu biex jigu msiehbin ma’ dawk ta’ Ruma. Ghazlu bhala prokuratur taghhomlil Dun Frangisk Sturdo, S. Th. D., u lil Enrico Gottifredi, zewg Maltin li kienu Ruma biex iressqu t-talba taghhom. Iz-zewg fratellanzi gew mgharrfa li t-talba taghhom kienet milqugha f’Ottubru tas-sena ta’ wara. Il-brevi minn Ruma intbaghtu lill-Fratellanza tas-Sagrament fil-15 tax-xahar u lil tar-Ruzarju jumejn wara. Il-Fratellanza tas-Sagrament giet imsiehba ma’ dik ta’ San Pietru u l-Fratellanza tar-Ruzarju issiehbet ma’ ta’ Santa Marija f’Minerva Ruma. F’Novembru 1636, il-fratelli tas-Sagrament kienu 20, filwaqt li dawk tar-Ruzarju kienu jghoddu 30.

Il-kappellun tal-Madonna tar-Ruzarju meta inbena’ kien gie ddedikat lill-Ispirtu s-Santu. Fl-1644 l-altar kien lest u l-inkwadru tieghu kien juri lill-Missier Etern u l-arkanglu Gabriel fuq nett, fin-nofs il-Madonna u l-isfel, San Pawl u Sant'Andrija. L-ispejjes kollha tal-altar u l-pittura thallsu mill-flus li halla ghal dan l-iskop Gakbu Psaila. Sa l-1654, kien ga sar inkwadru gdid; ‘l fuq kien jidher il-Missier Etern bi Kristu msallab f‘idejH u l-isfel kien hemm l-inzul ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. L-inkwadru ta’ fuq it-titular kienu juri s-Salvatur.

Il-fratellanza tar-Ruzarju dejjem kienet taghmel festa kbira infatti fl-1829, insibu li l-Knisja kienet miksija bid-damask li kien inkera ghall-okkazjoni. Il-Prokuratur kien ha hsieb li l-altari kollha jkunu mixghula kif ukoll l-istazzjonijiet tal-Via Sagra. Mal-art tal-Knisja xterrdu weraq tal-harrub u liedna kif kienet id-drawwa f'dawk iz-zminijiet. Il-Banda u l-hruq tan-nar komplew izidu mal-brijju li kien hemm. Fis-sena 1866 l-Isqof Pace Forno iddecieda li l-banda m'ghandhiex timxi mal-Purcissjoni fil-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju.


Wara li l-Fratellanza tar-Ruzarju hadet il-Kappellun f’idejha, dan twaqqa u inbena mill-gdid. Il-faccata giet skolpita minn fuq s’isfel, zewg angli fil-gnub kienu jidhru qed izommu l-gwarnic ta’ l-inkwadru u zewg angli ohra fuq kienu jzommu kuruna f’idejhom. Mal-Pilastri tal-kappellun kien hemm zewg angli ohra b’mazzettuni ta’ fjuri f’idejhom. Saret pittura gdida wkoll, ‘l fuq kellha x-xbieha tal-Madonna bil-bambin u ‘l isfel il-qaddisin San Duminku, San Pietru, Santa Katerina ta’ Siena, u Santa Roza minn Lima. Dawn il-figuri kollha kienu mdawrin b’kuruna li kien fiha mpittra il-hmistax-il misterju tar-Ruzarju.

Ghal taht it-titular sar inkwadru zghir bil-Kuncizzjoni fin-nofs, San Guzepp fuq il-lemin u Sant’Antnin ta’ Padova fuq ix-xellug. Fl-1739, Giuseppi Bonavia halla legat biex tibda ssir il-festa tal-Kuncizzjoni.

Din il-fratellanza tar-Ruzarju kienet ukoll tiehu hsieb Bambin tax-xama’ li kien go nicca tal-hgieg imdawwra bl-injam indurat, u li kienet tqeghdet fuq l-iskanell ta’ l-altar tar-Ruzarju. Il-fratellanza kienet tiehu hsieb li ssir in-novena tal-Milied u fil-fatt jissemma li Glormu Farrugia kien halla flus apposta biex isiru quddies matul id-disat ijiem tan-Novena, u li kienu jsiru permezz ta’ quddiesa kantata, bid-daqq tal-orgni u b’erba’ qassisin fil-kor. F’Hamis ix-xirka, is-sagrament kien jitqieghed f’tabernaklu li kien hemm fuq l-altar tar-Ruzarju. Fil-vizta pastorali li kien ghamel l-Isqof Labini fis-sena 1781, huwa kien ordna li s-sagrament fil-granet tal-Gimgha l-Kbira, kellu jinzamm fil-kappella tas-Sagristija kif ghadu jsir sal-gurnata tal-lum.


Wara dik il-harsa li tajna lejn kif bdiet din id-devozzjoni lejn il-Madonna tar-Ruzarju fil-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa issa nharsu lejn iz-zminijiet tal-lum.

F’Hal Luqa kienu jsiru diversi festi lill-Madonna taht diversi titoli – tar-Ruzarju, tal-Warda, tac-Cintura u tal-Kuncizzjoni.

Fl-ewwel Hadd t’Ottubru kienet issir il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju permezz ta’ quddiesa u purcissjoni mat-toroq tar-rahal. Minn hmistax-il jum qabel, kienet issir quddiesa kantata kuljum u lejlet il-festa kien jitkanta wkoll il-vespri.

Fis-snin 1692-3, kienet saret l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju. Skond informazzjoni li hadna mill-pubblikazzjoni PIN - 'L-Arti Barokka f'Malta' miktub mill-Prof. Keith Sciberras, din l-istatwa hija xoghol Gio Antonio Saliba. (Bhalha ezatt hemm il-Madonna tar-Ruzarju fil-knisja l-antika ta' Hal Lija). Din l-istatwa kienet anke tintuza fil-Purcissjoni tal-Madonna tal-Warda, festa li kien bdiha Glormu Farrugia fis-sena 1655 meta halla flus biex issir quddiesa lil Madonna taht dan it-titolu (tal-Warda) fl-ewwel Hadd ta’ Mejju. Glormu Farrugia kien ried ukoll li waqt il-quddiesa jitqassam ukoll ward imbierek lin-nies li jkun hemm fil-Knisja.

Sa ftit qabel l-1781, l-istatwa tal-Madonna kienet f’nicca tal-hgieg bejn l-altar tac-Cintura u l-altar tar-Ruzarju. Kien ghal dik is-sena illi din l-istatwa tqeghdet fin-nicca li tinsab fiha sal-gurnata tal-lum, jigifieri quddiem l-istatwa titulari ta’ Sant Andrija, inti u diehel mill-bieb il-kbir tal-Knisja Parrokkjali.



IL-FESTA marbuta ma' ZMIEN L-AVVENT

bejn Novembru u Jannar



Il-festi marbuta ma' zmien l-Avvent jikkonsistu principalment fil-Festa tal-Milied (25 ta' Dicembru) u fil-Festa tal-Epifanija (6 ta' Jannar).

Il-Festa tal-Milied tkun maqsuma fiz-zmien tat-thejjija ghall-migja ta' Gesu' Kristu fid-dinja. Bic-celebrazzjoni tal-festa ta' Kristu Re f'Novembru, jintemm c-ciklu (is-sena) liturgiku tal-Knisja Kattolika u tibda sena liturgika gdida permezz ta' erba' Hdud imsejjha tal-Avvent li jkunu granet ta' thejjija biex tigi ccelebrata festa kbira tal-Kattolicizmu Kristjan, il-migja tat-tarbija Gesu' fid-dinja. Fil-knejjes taghna naraw il-girlanda tal-milied imsejjna bi tlett xemghat vjola u wahda roza imdawwrin ma' xemgha bajda fin-nofs. Dawn ix-xemghat vjola jirrapprezentaw l-ewwel tlett ihdud tal-Avvent, dik roza tirrapprezenta Hadd il-Ferh ghax ikun fil-qrib il-Messija, u l-ahhar xemgha bajda tirrapprezenta l-wasla ta' Gesu' Tarbija li twieldet fl-Ghar ta' Betlem.

Il-Maltin jibdew it-thejjijiet taghhom ghal din il-festa kbira billi jarmaw is-sigra tal-Milied, il-Presepju jew grotta, il-Bambin fil-maxtura, u diversi tizjin kemm fid-djar kif ukoll fit-toroq taghna.

Tajjeb insemmu illi l-eqdem presepju f'Malta kien inħadem fil-kunvent tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat fl-1617. Fil-monasteru tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina għadna nistgħu naraw presepju li sar fl-1826. F'dan l-istess żmien inħadem l-ewwel presepju mekkanizzat f'Malta. Sar minn Antonio Muscat Fenech f'Ħal Qormi, u kien jitħaddem bit-taqtir tal-ilma. L-istil tal-presepju Malti ori[ina mill-istil Sqalli iżda matul iż-żmien inbidel. Fil-bidu l-pasturi kienu tat-tafal u mlibbsin id-drapp waqt li l-presepju nnifsu kien tal-gagazza jew tal-ġebel. Illum jintużaw pasturi magħmulin mill-plastik u huma artistiċi ħafna. Il-presepji magħmulin bil-karta pesta huma tant realistiċi u apprezzati.

Fi żmien l-Ingliżi, il-presepji minbarra l-kartapesta bdiet tintuża il-gagazza, faħam maħruq u materjal ieħor. Il-pasturi, minbarra l-Bambin, Marija u San Ġużepp kien ikun hemm ħafna oħrajn li jirrappreżentaw il-ħajja Maltija speċjalment tal-irħula. Fost il-persunaġġi kienu jdaħħlu: l-għannej, in-nissieġ, il-bidwi, taż-żaqq, tat-tanbur, taż-żavżava, is-sajjied, l-imgħaġġeb, tal-forn, ir-rieqed u oħrajn mill-ħajja maltija. F'dak iż-żmien daħlu pasturi magħmula mit-tafal u anke tax-xemgħa; f'dawn l-aħħar snin daħlu tal-plastika u materjal ieħor.

Bħala devot kbir tal-Misteru tal-Inkarnazzjoni Dun Ġorġ Preca kellu mħabba kbira lejn il-presepju. Kull Milied huwa kien jarma f'kamartu presepju mdaqqas biex jimmedita quddiemu. Dun Ġorġ anki ried li, permezz tat-tfal li jattendu l-Oqsma tal-Museum, idaħħal id-drawwa tal-Presepju fost ħafna familji Maltin għax kien irid li s-soċji tiegħu jagħtu lit-tfal kollha qrib il-Milied presepju jew grotta bil-Bambin.

Illum il-presepju huwa tant popolari f'Malta li anke jsiru kompetizzjonijiet għall-isbaħ presepji. L-Għaqda ħbieb tal-Presepju tara li din id-drawwa tal-presepju tkompli tfakkarna fit-twelid ta' Ġesù.

Lejn l-ahhar Hadd tal-Avvent, tibda n-novena tal-Milied u fis-socjeta' tal-MUSEUM jibdew it-thejjijiet ghal-Lejlet il-Milied meta is-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija (SDC/MUSEUM) taghmel id-dimostrazzjoni bit-tarbija Gesu' fil-Maxtura fit-toroq tal-irhula u l-ibliet taghna. Matul din il-Procesjjoni li kienet inbdiet mill-Fundatur tal-Museum, Dun Gorg Preca (illum San Gorg Preca) isiru diversi priedki u jinqraw diversi poeziji li jfakkru l-avveniment tal-migja ta' Gesu' Kristu fid-dinja, mit-tfal tal-Muzew fl-istess toroq tal-irhula u bliet taghna.

Il-qaddis Malti, San Ġorġ Preca, stinka ħafna biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Sa mill-1920 ħa ħsieb li f'kull raħal u belt, lejlet il-Milied, tiġi organizzata “Dimostrazzjoni ad unur ta' Ġesù Bambin”, użanza li daħlet sew fost id-drawwiet sbieħ tal-Milied Malti. Ix-xewqa tiegħu kienet li għall-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-M.U.S.E.U.M. jieħdu magħhom id-dar, grotta b'Ġesù Tarbija. Fl-1920, Dun Ġorġ kien ġabar lis-soċji tal-MUSEUM tal-Ħamrun biex jaqsam magħhom xewqa li kellu: li ssir dimostrazzjoni bil-Bambin tal-Milied fejn it-tfal u s-soċji f'lejlet il-Milied joħorġu mat-toroq tal-Ħamrun, jgħajtu l-aħbar li Ġesù Bambin twieled għalina. Ix-xewqa tiegħu kienet li dawn joħorġu bħal f'purċissjoni bix-xemgħa f'idejn it-tfal u l-weraq tal-palm u ż-żebbuġ, iduru mat-toroq kollha tal-Ħamrun u jkantaw innijiet tal-Milied. Riedhom ukoll li jgħidu lil xi rġiel biex jiġu jimxu magħhom. Kellhom bżonn Bambin, u dan issellfuh mill-Belt, mill-Knisja tal-Franġiskani.

Minn dakinhar, il-purċissjoni bil-Bambin kibret u xterdet ma' Malta u Għawdex u fl-artijiet l-oħra fejn hemm il-MUSEUM: l-Awstralja, il-Kenja, il-Perù, l-Ingilterra u l-Albanija. Il-qofol tal-purċissjoni hu bambin imdaqqas f'maxtura, bandalora bil-kliem Verbum Dei factum est, fanali tal-mantell biex jagħtu d-dawl u fanali bl-arkett bi kliem relattiv mal-ġrajja tal-Milied.

Matul il-purċissjoni jitkantaw għanjiet tradizzjonali tal-milied. L-istrumenti kienu, u għadhom jintużaw f'xi nħawi, accordion u vjolini. Il-Purċissjoni tal-Bambin issir f'madwar 66 lokalità f'Malta, fil-parti l-kbira lejlet il-Milied. F'xi postijiet, l-iktar fejn il-MUSEUM, minbarra l-Qasam prinċipali, ikollu fergħa jew tnejn fejn isir it-tagħlim, issir purċissjoni fit-23 ta' Diċembru biex il-membri mill-fergħat differenti fl-istess lokalità jgħinu lil xulxin billi l-purċissjoni titlob ftit xogħol mhux ħażin biex tiġi organizzata.

Il-Benniena ta' Ġesù Bambin jew, kif inhi magħrufa, in-'Ninni la Tibkix Iżjed', hija għanja mill-aktar magħrufa fost il-Maltin. Inkitbet fl-1846 mill-patri Ġiżwita Indri Schembri. Meta kitibha, dal-patri minn Ħal Luqa kien f'Alġeri u kitibha għal dawk il-Maltin li kienu emigraw lejn Tuneż. Saret popolari mindu bdiet titkanta fil-purċissjonijiet tal-Milied. Ta' min jgħid li n-'Ninni' anke nqalbet bit-Taljan u titkanta fl-Italja.

Ninni La Tibkix Iżjed

"Ninni la tibkix iżjed, ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki, għax aħna midinbin."

Ninu Ninu tal-Milied Taqbila popolari ħafna tat-tfal li saret għanja.

"Ninu Ninu tal-Milied,
Ommu għamlet il-qagħqiet.
Il-qagħqiet tal-qastanija,
Santu Rokku bit-tiġrija.
Għaddew il-Festi kollha,
Baqa’ biss Santa Marija."

O Ġesù Ħelwa Tarbija Għanja fuq melodija Maltija miktuba minn Ġ.Mallia

"O Ġesù ħelwa tarbija - Ejja twieled ġewwa fija
Ġesù tfajjel, frott l-imħabba - Twieled f’qalbi, miegħi trabba."

Kienu d-Dumnikani tal-Belt li fi żmien il-Kavallieri bdew jagħmlu n-Novena, disat ijiem ta' tħejjija għall-Milied b'Quddiesa kantata kuljum. Wara ħafna żmien bdiet fil-parroċċi mmexxija mil-Kleru Djoċesan. Illum ħafna parroċċi jiċċelebraw in-novena fil-quddiesa ta' filgħaxija bis-sehem tat-tfal tad-duttrina u għaqdiet oħra.

Lejlet il-Milied ghal habta tal-10.00 p.m. in-nies jibdew jahsbu ghall-quddiesa ta' nofs il-lejl li fiha jkun hemm qari mill-iskrittura specjalment mit-testment il-qadim u jsir anke paegant tal-Milied. Ftit qabel ma jdoqq nofs il-lejl issir il-Priedka tat-tifel. Din id-drawwa bdiet fis-seklu 19. Fl-1883 it-tfajjel, Ġorġ Sapiano, kien għamel il-prietka tal-Milied fil-knisja parrokkjali ta' Ħal Luqa.

Fl-imgħoddi, it-tifel kien joħroġ minn wara l-altar il-maġġur jew mis-sagristija, mlibbes bhal abbati u bil-berettin fuq rashu, akkumpanjat minn żewġ abbatini. Kien isellem is-sagrament u liċ-ċelebrant u wara jitla' fuq il-pulptu. L-abbatini ikollhom gandlier bix-xemgħa tixgħel. Meta jitla' fuq il-pulptu, minn wara jitla' min għallem il-priedka u joqgħod fuq it-tarag biex jekk dan it-tifel jinsa xi ħaġa jgħidilu fil-pront. Meta t-tifel jasal fuq il-pulptu jsellem lil dawk preżenti u jibda bil-kliem b'ilsien Latin. Dejjem l-istess frażi: Annuntio Vobis Gaudium Magnun, li tfisser 'Se nagħtikom aħbar ta' ferħ kbir.' Ix-xjuħ tal-lokalità kienu jkunu fuq ix-xwiek biex jisimgħu din il-priedka. Anke l-familjari tat-tifel ikollhom ċertu ħerqa għal din il-priedka. Bħal dejjem in-nies preżenti mat-tmiem tal-priedka jkollhom kliem ta' tifħir bħal 'prosit', 'kemm kellu jistudja miskin!', 'allabierek ftakar kollox', 'kemm kien ħelu'. Iżda l-aktar ħaġa li jgħidu hi 'prosit'. Is-skiet jispiċċa u għal ftit in-nies tkun trid qisu waqfa mill-quddiesa biex tgħid kelma. Hemm drawwa, għalinqas f'ċertu parroċċi, li wara l-priedka u l-quddiesa ta' nofs il-lejl it-tifel jissejjaħ mill-kappillan u jiġi mogħti rigal speċjali.

L-ghada jum il-Milied, wara l-quddiesa tat-8.00 a.m., saret drawwa li jitbierku l-bambini li t-tfal ikunu qalghu minghand is-socjeta' tal-MUSEUM jew tad-duttrina.

Naslu lejn tmiem is-sena kalendarja bil-quddiesa ta' ringrazzjament u bil-kant tat-Te Deum b'ringrazzjament lil Alla ta' dak kollu li jkun ghamel maghna matul is-sena kollha.

L-ewwel jum tas-sena kalendarja (1 ta' Jannar) huwa ddedikat lil Sidtna Marija Omm Alla u Omm il-Knisja Kattolika. Qabel konna nsejhulu 'l-Istrina' meta it-tfal kienu jinghataw xi haga zghira tal-flus minghand il-genituri u l-qraba taghhom, bhala rigal. Illum anke din 'l-istrina' saret materjalizzata u tilfet is-sens veru taghha.

Naslu ghal Jum l-Epifanija jew inkella l-Maghmudija tal-Mulej meta it-tlett slaten magi kienu marru jaduraw lit-tarbija Gesu' fl-Ghar ta' Betlem. Din il-festa tigi ccelebrata mill-Knisja universali fis-6 ta' Jannar, imma f'pajjizna llum din tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd l-eqreb lejn is-6 ta' Jannar. U b'din il-festa tal-Epifanija jigi fi tmiemhu ic-ciklu tal-Avvent fil-kalendarju liturgiku tal-Knisja.



IL-FESTI marbuta ma' ZMIEN IR-RANDAN

li jinkludu Hadd il-Palm, il-Gimgha l-Kbira u l-Ghid il-Kbir.



Il-festi ta' zmien ir-randan nistghu naqsmuhom hekk:

Ras ir-Randan (li jkun l-Erbgha wara l-Karnival);
Fl-ewwel jum tar-Randan naghtu bidu għal żmien ta’ tiġdid spiritwali. Il-Knisja ssawwab fuq kull persuna mghammda l-irmied, li jfisser li trab konna u trab irridu nergghu insiru. Ifisser li ahna lkoll imsejha ghall-indiema u biex nikkonvertu .... mill-hazin tal-passat ghal ghemejjel tajba. Dan għandna nilqgħuh bħala sinjal ta’ konverżjoni u tigdid tal-persuna taghna. Matul ir-randan jibdew l-ezercizzi spiritwali biex verament naghmlu ezami tal-kuxjenza taghna u naghmlu dak it-tibdil ghall-ahjar mill-passat taghna. Dawn l-ezercizzi spiritwali isiru matul gimgha shiha ta' riflessjonijiet minn sacerdoti li jmexxu dawn il-korsijiet ta' ezercizzji.

Il-lum nibdew mixja li fiha niskopru mill-ġdid il-grazzja ta’ ħajja ġdida li konna rċevejna fil-Magħmudija. Dil-grazzja kienet informat il-ħajja tagħna bi Kristu. Għalhekk f’dil-mixja tar-Randan għandna nistinkaw biex nidħlu aktar profondament fil-moħħ ta’ Kristu u nitħarrġu fil-ħajja tiegħu.


Il-Pellegrinagg penitenzjali tar-Redentur, (li ssir gimghatejn qabel il-Gimgha l-Kbira)
Saret tradizzjoni fil parroċċi tagħna li gimgha qabel il-festa tal-Madonna tad-Duluri nimxu wara l istatwa ta’ Ġesù Redentur. Din il festa fil parroċċa tagħna taf il bidu tagħha fis Sena tar Redenzjoni li kienet ġiet imsejħa mill Papa Ġwanni Pawlu ll (illum qaddis), fl 1983. Sa mill-bidu din il purċissjoni kienet issir bl istatwa ta’ Ġesù Redentur u l purċissjoni tieħu forma ta’ pellegrinaġġ.

Qabel il-pellegrinagg kienet issir il-quddiesa bil-priedka u wara tohrog il-purcissjoni bl-istatwa tar-Redentur.

Mixja mhux wara statwa, imma mixja wara Kristu ħaj li ħafna drabi taf toffri wkoll sfidi. Triq li tista’ tkun iebsa imma hija it triq li tagħti l veru paċi tal qalb. Matul il-pellegrinagg nahsbu dwar is salib fil ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Din il mixja trid tgħallimna wkoll li nfittxu l għajnuna sabiex nerfgħu s salib tagħna. Mhux biss infittxu l għajnuna imma b’imħabba għandna nkunu hemm fit tbatijiet ta’ ħutna.

Wara li l pellegrinaġġ, bil parteċipazzjoni tal komunità lokali kif ukoll minn dawk li b’sinjal ta’ penitenza jkaxkru ktajjen u slaleb tal-injam, ma’ diversi toroq tar-raħal jew belt, jerga jkun hemm quddiesa letta ghal dawk li ma jkunux lahqu semghu il-quddies bil-priedka.


Il-Pellegrinagg tal-Madonna tad-Duluri (li tigi gimgha qabel il-Gimgha l-Kbira)
Kif isir ta’ kull sena il-Maltin jingabru flimkien biex jagħmlu din il-mixja ma’ Marija. Nimxu ma’ Marija fil-mumenti tad-dulur tagħha. Marija, Omm Alla, hija bniedma bħalna, u bħalna għaddiet minn bosta esperjenzi ta’ uġigħ, tbatija u ansjeta’.

Din il-mixja tagħna ma’ Marija hija mixja ta’ fidi, kif ukoll mixja ta’ solidarjeta’. F'dan il-jum, aħna nħossu ma’ Marija fit-tbatijiet tagħha. Fl-istess ħin, aħna nafu, u konvinti li Marija hija preżenti magħna. Hi, fl-imħabba tagħha ta’ omm, takkumpanjana fl-uġigħ tagħna: il-mard li ngħaddu minnu aħna jew il-membri tal-familji tagħna, il-mewt tal-għeżież tagħna, l-inkwiet li ngħaddu minnu, l-ansjeta’ li tolqotna.

Wara li tigi ccelebrata quddiesa solenni bil-priedka fuq id-duluri ta' Sidtna Marija, tibda hierga l-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tad-Duluri mat-toroq tar-rahal akkumpanjata mir-residenti u nies mghammda li b'sinjal ta' penitenza jkaxkru ktajjen u slaleb tal-injam mad-dawra kollha tal-purcissjoni. Din id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duluri tmur lura hafna snin.


Hadd il-Palm

Issir il-Purcissjoni minn Misrah iz-Zghazagh lejn il-Knisja Parrokkjali, bin-nies igorru frieghi tal-Palm matul it-triq kollha sal-Knisja fejn imbaghad tibda' l-quddiesa kantata bil-qari tal-Passju jigifieri ir-rakkont tal-Passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu.

L-Erbgha tat-Tniebri

F'din il-gurnata li tigi l-Erbgha ta' matul il-Gimgha Mqaddsa, fil-quddiesa ta' filghaxija kienet issir dik imsejjha l-priedka tat-tlett sieghat, fejn kienet tittella l-vara l-Kbira ta' Kristu Msallab u ssir il-priedka twila fuq il-passjoni u l-mewt ta' Gesu' Kristu. Il-knisja kien ikollha sinjali ta' viztu kull fejn thares: inkwadri mghottija bl-iswed jew bil-vjola, is-slaleb kollha mghottija bl-iswed, il-vari kollha armati u mixghula bix-xemghat, kollox kien ikun bid-drapp iswed sahansitra t-tabernaklu. Illum minn dan kollu spicca, ghax illum il-knisja thares lejn il-gimgha mqaddsa bhala s-sagrificcju li Gesu' Kristu ghamel biex jifdi lil bniedem mit-telfien ta' dejjem u llum iktar tikkoncentra fuq il-qawmien mill-mewt tieghu u s-salvazzjoni tal-bniedem.


Hamis ix-Xirka

Hawnhekk jibda dak imsejjah bhala t-Tridu tal-Ghid. L-iktar tlett ijiem importanti fil-hajja tal-Knisja Kattolika universali li jwasslu ghall-festa tal-Ghid: Il-Qawmien mill-mewt ta' Sidna Gesu' Kristu. Dan ghaliex is-sacerdoti kollha jingabru fil-Konkattidral ta' San Gwann jew fil-Kattidral t'Ghawdex mal-Isqof taghhom biex ifakkru it-twaqqif tas-sacerdozju minn Sidna Gesu' Kristu. Matul din ic-cerimonja, l-isqof jikkonsagra mill-gdid iz-zjut tal-Grizma li imbaghad jitqassmu lil kull parrocca f'Malta u Ghawdex biex jintuzaw fil-Maghmudija, fil-Grizma tal-Isqof, fil-Grizma tal-Morda u fl-Ordni Sagri. Fl-istess cerimonja is-sacerdoti kollha jgeddu l-weghdiet li kienu ghamlu meta kienu gew ordnati Presbiteri tal-Knisja Kattolika flimkien mal-ubbidjenza lejn l-isqof taghhom.

Fil-ghaxija in-nies kienet tingabar fil-knisja parrokkjali biex issir it-Tifkira ta' l-ahhar cena li Gesu' kien ghamel mal-appostli tieghu qabel ma miet ghalina. F'din il-quddiesa kantata solenni, kien isir il-hasil tas-saqajn ta' tnax-il persuna li kienu jirrapprezentaw it-tnax-il Appostlu ta' Kristu, bhala gest ta' umilta' mic-celebrant. Wara l-quddiesa dawn it-tnax il-persuna kienu jinghataw qaghqa kull wiehed. Kien ukoll jizzarma l-artal minn kull oggett li jkun hemm fuqhu. U wara kienu jibdew dawk li konna nsejjhulhom il-Vizti tas-seba' knejjes. Tajjeb nghidu wkoll illi fil-quddiesa matul is-Sanctus, il-qniepen tal-knisja ma jdoqqux iktar imma tibda ddoqq ic-cuqlajta. Din ic-cuqlajta hija maghmula minn zewg injamiet li meta jduru jhabbtu ma xulxin u johrog hoss ta' injam.

Dawn kienu jikkonsistu billi l-kongregazzjoni kienet izzur il-Kappella fejn kien ikun hemm is-sagrament espost ghall-qima tal-pubbliku, imsejjah bhala is-Sepulkru, u wara li jsir talb u kant organizzat mill-ghaqdiet religjuzi, kienu johorgu mill-knisja wara salib u zewg lanterni u jduru madwar iz-zuntier tal-Knisja u jergghu jidhlu fil-knisja quddiem is-sepulkru ghal seba' darbiet. Dawn kienu jdumu siegha kull vista. B'kollox kien ikun hemm 3 vizti organizzati: mit-8.30 p.m. sad-9.30 p.m., mid-9.30 sal-10.30 p.m., u mill-10.30 sal-11.30 p.m. li kienet tiehu forma ta' adorazzjoni.

Il-Gimgha l-Kbira


Fil-gimgha l-Kbira, quddies ma jkunx hemm, imma jitkomplew il-visti quddiem is-sepulkru. Is-sacerdoti minn naha taghhom kienu jkantaw il-vespri sagri li jkun talb u kant fil-Kor. Kienu ikun hemm armat qisu trianglu bix-xemghat fuqu u kull tant kien johrog abbati mill-Kor, biex jitfi wahda wahda dawn ix-xemghat li jkun hemm fuq it-trianglu.

Dawk responsabbli mill-vari kienu jlestu l-vari bil-fjuri, xemghat jew dawl elettriku, biex ihejjuhom ghall-purcissjoni ta' filghaxija. Fit-3.00 p.m. tibda t-Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej billi quddiem artal zarmat minn kollox jidhlu s-sacerdoti u jintelqu ghal tulhom fl-art f'mument ta' adorazzjoni. Wara tibda l-liturgija tal-kelma li tikkonsisti fil-qari ta' silta mill-antik testment, b'salm responsorjali u silta ohra mill-ittri ta' San Pawl u wara is-silta mill-Vangelu ta' San Gwann dwar il-Passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu. Din tinqara minn tlett sacerdoti jew lajci. Wara jsir talb ghal diversi intercessjonijiet fosthom ghall-Knisja, ghall-Papa, ghall-fidili kollha, ghal katekumenti, ghall-ghaqda bejn l-insara, ghal-Lhud, ghal dawk li ma jemmnux fi Kristu, ghall-mexxejja tal-pajjiz u ghall-imgarrbin.

Wara dan it-talb tal-intercessjonijiet, tibda l-Adorazzjoni tas-Salib. Waqt li l-kongregazzjoni tkun qed tbus is-salib, isir qari mill-kitbiet ta' San Bonaventura, Santu Wistin u Sant'Adrija ta' Kreta, u ta' San Bernard.

Kif jintemm il-bews tas-Salib Imqaddes, tibda parti ohra tal-liturgija li huwa it-tqarbin. Wiehed mis-sacerdoti jmur fuq l-artal tal-esposizzjoni (jew is-Sepulkru) u jiehu s-Sagrament lejn l-altar maggur. u jibda ir-rit tat-tqarbin.

Wara li l-kongregazzjoni tkun telghet ghat-tqarbin is-sagrament jerga' jittiehed fil-Kappella li hemm fis-Sagristija u l-Funzjoni tintemm minghajr il-barka tas-sacerdot. U n-nies johorgu mill-knisja fis-silenzju biex il-knisja (fejn ikun hemm purcissjoni) tibda tithejja ghall-hrug tal-Purcissjoni.

Il-Purcissjoni tkun akkumpanjata minn vari li jirrapprezentaw mumenti mill-passjoni u l-mewt ta' Gesu' Kristu, nies lebsin tal-personaggi u s-suldati li kienu parti mill-istorja tal-passjoni u l-mewt ta' Gesu' Kristu, u anke nies igorru slaleb u ktajjen ghal xi weghda li jkunu ghamlu jew grazzja li jkunu qalghu. Purcissjoni li tinvolvi hafna nies u organizzazzjoni. Mal-Purcissjoni jkun hemm il-Banda ddoqq marci funebri ghall-okkazjoni.

Grupp ta' suldati rumani jaghmlu mixja mic-Centru Parrokkjali sal-bieb principali tal-Knisja Parrokkjali, biex tkun tista' tibda l-purcissjoni.

Tajjeb li naghtu xi ftit taghrif dwar il-bidu tal-purcissjoni tal-gimgha l-kbira. Is-subborg ta' Hal Luqa fil-passatt kien jaghmel mal-parrocca ta' Birmiftuh limiti tal-Gudja. Kemm fil-knejjes tal-Gudja, ta' Hal Kirkop, tal-Imqabba, Hal Safi u Hal Tarxien, li lkoll hargu mill-parrocca ta' Birmiftuh, ma ssirx purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Seta' gara li l-Hal Luqin thajru li jibdew din il-purcissjoni minn dik li ssir f'Hal Qormi li f'dak iz-zmien kienet issir nhar Hadd il-Palm.

L-ewwel sett ta' vari f'Hal Luqa saru ghall-ahhar snin tas-seklu 18. Marija Roza Ellul fit-testment taghha tat-28 ta' Mejju 1775, halliet dar lil huha Michelangelo bil-kundizzjoni li jaghmel statwa tal-Veronika fi zmien sentejn. Matul is-sena din l-istatwa kellha tinzamm fid-dar imhollija, izda fi zmien il-passjoni kellha tittiehed il-Knisja u ssirilha festa. Is-sett tal-vari tkompla fl-1795 wara li l-kjeriku Giuseppi Ellul b'testment maghmul fis-27 ta' Mejju 1784, halla ghalqa kbira bhala legat lill-knisja parrokkjali ta' Hal Luqa biex bir-renti taghha fost obbligi ohra, issir ta' kull sena l-purcissjoni bl-istatwi tal-passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu. Fl-istess sena 1795, l-Isqof Labini hatar lil Dun Frangisk Cassar bhala Prokuratur tal-vari tal-passjoni. Minn dan is-sett originali dak li fadal huwa biss is-salib bi Kristu Msallab li ghandna fis-sagristija tal-knisja parrokkjali.

Matul is-snin sar restawr kbir fuq dawn il-vari minn diversi satwarji u artisti maltin u anke zdiedu xi vari ohra fi snin iktar ricenti. KIen hemm vari ohra li tkissru kompletament bil-gwerra filwaqt illi l-vari li ghandna llum huma kollha bid-dawl elettriku, permezz ta' sett ta' erba' brazzi sbieh ghal kull vara bil-bozoz f'forma ta' fjamma, kif ukoll b'girlandi ta' fjuri artificjali mahduma kollha minn Gakbu Ciappara. Sar zvilupp kbir fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f'Hal Luqa u fejn qabel kellna prokuratur li jiehu hsieb din il-purcissjoni, llum hemm kumitat organizzattiv taht il-presidenza tal-Kappillan tal-Parrocca biex jorganizza din il-purcissjoni li tinvolvi l-partecipazzjoni ta' hafna nies.

Il-vari llum ukoll ghandhom mahzen ghalihom fi Triq ir-Rixtellu, fejn jigu mqeghda, imnaddfa u mghottija ghal matul is-sena kollha sakemm jasal iz-zmien tar-randan meta jinhargu kollha u jittiehdu f'posthom fil-Knisja taht il-Kappelluni.

Il-Purcissjoni tohrog fis-6.00 p.m u tidhol fil-knisja fis-9.30 p.m. Fil-fatt tant kibret din il-purcissjoni illi anke r-rotta taghha kellha titwal. Fejn qabel kienet tohrog mill-knisja u tghaddi minn Triq Sant'Andrija, Triq San Gorg, Triq San Guzepp, iddur ma' Misrah il-Knisja, tghaddi mill-pjazza ta' quddiem il-Knisja u tidhol gol-knisja; illum tohrog mill-knisja, tghaddi minn Triq Sant'Andrija, Triq il-Gdida, Triq Dun Pawl, Triq San Gorg lejn Triq San Guzepp, Misrah il-Knisja, Triq San Pawl, Triq ir-Rixtellu, Triq il-Karmnu, tghaddi mill-pjazza ta' quddiem il-Knisja u tidhol gol-knisja.


Sibt il-Ghid

Fil-ghodu kmieni is-sacerdoti jkantaw il-vespri fil-Kor tal-Knisja, u quddies ma jkunx hemm. Fil-frattemp, il-voluntiera tal-Knisja jibdew izarmaw il-vari kollha u jehduhom lura lejn il-mahzen fejn hemmhekk jghattuhom u jerfghuhom. L-apparat kollu tal-vari u oggetti ohra uzati matul il-purcissjoni jintrefghu fil-kaxxi apposta ghalihom u jittiehdu fil-mahzen ukoll.

Wara li jkun izzarma kollox il-knisja titnaddaf, tinkines u tinhasel bi thejjija ghall-funzjoni tal-Vgili tal-Ghid. Jintrama l-artal maggur bi fjuri friski u xemghat kif ukoll il-Blandun tal-Ghid. Sal-4.00 p.m. dax-xoghol irid ikun tlesta kollu. Wara jkun hemm il-qrar fil-knisja. Il-Knisja tibqa mudlama sakemm jinxteghel l-ewwel nar fuq iz-zuntier tal-Knisja.

Fit-8.00 p.m. jibda il-Vgili tal-Ghid. Jitlesta nar kbir fuq iz-zuntier tal-knisja u l-Kappillan ibierek il-blandun il-gdid u jixghelu min-nar il-gdid li jkun tqabbad barra l-Knisja. Il-Blandun jibda diehel fil-knisja u jieqaf tlett darbiet fil-waqt li jkanta Id-Dawl ta' Kristu. U waqt li n-nies ikantaw Inroddu hajr 'l Alla, jixghelu x-xemghat li jkunu gabu maghhom. Sakemm jasal fuq l-altar il-knisja kollha tkun mixghula permezz tax-xemghat tal-kongregazzjoni u jitkanta l-Innu ta' tifhir lill-Blandun minn sacerdot iehor minn fuq il-pulptu. Dan l-innu lill-Blandun nistghu inqisuh bhala it-Thabbira tal-Ghid.

Wara jibda l-qari ta' sebgha passaggi mill-antik testment li jirrakkontaw l-istorja tal-bniedem minn meta nhalaq sal-wasla ta' Gesu' Kristu fid-dinja, tigi ntonata il-GLORJA. U jindaqqu l-qniepen kollha tal-knisja. Qabel mal-kant tal-glorja l-ghoti kollu tal-inkwadri u tas-slaleb kienu jaqghu immedjatament u l-Knisja terga tiehu d-dehra normali taghha. ta' Knisja Rebbieha ma' Kristu l-fundatur taghha.

Wara jkun hemm ic-celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maghmudija. Jekk ikun trabi godda allura ssir il-maghmudija taghhom. Jekk ma jkunx hemm trabi, isir it-tigdid tal-weghdiet tal-maghmudija tal-kongregazzjoni prezenti. U tkompli l-quddiesa. Fit-tmiem tal-quddiesa titkanta l-Alleluia.

il-Festa tal-Ghid il-Kbir


Jum il-ghid jigi ccelebrat bid-daqq tal-qniepen matul hinijiet stabiliti tal-gurnata, specjalment f'nofsinnhar. Wara l-quddies isir it-tberik tal-figolli, helu tradizzjonali ghat-tfal. F'certi parrocci jsiru wkoll il-purcissjonijiet bl-istatwa ta' Kristu Irxoxt akkumpanjati mill-baned tal-lokal. F'Hal Luqa statwa tal-Irxoxt qatt ma kellna u allura qatt ma setghet issir purcissjoni b'din l-istatwa.

Pero' huwa ttamat li wara li l-Kappillan Refalo irnexxielu jgib id-digriet mehtieg biex issir statwa ta' Kristu Rxoxt minghand il-Kurja Arciveskovili, sar abbozz taghha li gie approvat mill-Kurja u dan intwera lil Hal Luqin kollha matul is-sena 2016. Issa dan il-udell ghadda ghand l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi biex jaghmel statwa tal-Irxoxt tal-injam. Dan mistenni li jkun lest ghas-sena 2017.

Il-Hal Luqin kienu jmorru f'diversi parrocci jaraw il-girja tal-Irxoxt jew il-purcissjoni tal-irxoxt li jkunu segwenti kemm minn Maltin kif ukoll minn turisti. Dawn il-purcissjonijiet kienu jsiru jew il-Hadd fil-ghodu jew filghaxija.



IL-FESTI EWKARISTICI

Li huma l-festa tat-Trinita' Mqaddsa (Precett), il-Corpus Christi, u l-Qalb ta' Gesu'



Il-festi ewkaristici jibdew appena jispiccaw il-Hdud wara l-Ghid il-Kbir u jistghu jinqasmu hekk:

Erbghin gurnata wara l-festa tal-Ghid il-Kbir, ikollna l-Festa tal-Axxensjoni ta' Gesu' fis-sema, nafuha wkoll bhala Lapsi.

Wara l-Axxensjoni ikollna l-Festa tal-Pentecoste jew l-Ghid il-Hamsin, jigifieri hamsin jum wara l-Ghid il-Kbir, dak li kien wieghed Gesu' lill-Appostli tieghu, l-Ispirtu s-Santu, jinzel fuqhom u jimlihom bl-gherf biex imorru jippriedkaw ma' kullimkien l-Ahbar it-Tajba.

Imbaghad naslu ghall-Festa tat-Trinita' Imqaddsa u f'liema festa jigi amministrat ukoll is-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina lit-tfal tad-Duttrina li jkunu ghalqu sebgha snin, maghruf bhala l-Precett. Xi snin ilu, mal-festa tal-Precett li kien isir fil-ghodu, kien jigi wkoll amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal-isqof. Din ic-cerimonja kienet issir filghaxija. Kien jigi l-Arcisqof jew id-delegat tieghu biex jamministra dan is-sagrament lit-tfal li sena qabel kienu jkunu ghamlu l-ewwel tqarbina. U waqt ic-cerimonja l-Isqof kien jaghti dik id-daqqa fuq il-wicc ta' dak il-tifel jew tifla li jkunu ser jircievu dan is-sagrament biex tkun ta' sinjal li huma saru suldati ta' Kristu.


Illum il-gurnata din id-drawwa inbidlet ukoll. It-tfal m'ghadhomx jircievu dan is-sagrament sena wara li jkunu ghamlu l-ewwel tqarbina jigifieri ta' 8 snin, imma meta jkollhom 12 il sena u allura jkunu jifmhu ezatt xi tfisser il-Grizma tal-Isqof u l-inqas ghadna nghidu li ahna Suldati ta' Kristu. Il-Knisja Kattolika biddlet it-tifsira tas-sagrament tal-Grizma u riedet li t-tfal ikunu maturi bizzejjed biex ikunu jafu xi tfisser li tkun nisrani kattoliku li tiddefendi dak li hu tajjeb u sew mill-hazen kollu li hawn madwarna.

Gimgha wara l-Precett, ikollha l-Festa ta' Corpus Christi, il-Gisem ta' Kristu. Qabel din il-festa kienet tigi ccelebrata il-Hamis wara l-festa tat-Trinita' u kienu jsiru zewg purcissjonijiet: wahda fil-ghodu u ohra fil-ghaxija. Kull familja kienet tohrog il-qsari quddiem id-dar taghha f'dawk it-toroq li minnhom kienu jghaddu l-purcissjoni tal-Corpus.

F'Hal Luqa, kienet tintrama Tribuna sabieha f'nofs Misrah il-Knisja, u dekorata bi qsari u xemghat; u t-tfal tad-duttrina li jkunu ghamlu l-precett fil-ghodu u l-Grizma tal-Isqof fil-ghaxija, flimkien man-nies tar-rahal kienu jingabru madwar din it-tribuna fejn wara xi kant ta' innijiet ewkaristici u priedka zghira, u kienet tinghata l-Barka Sagramentali. Ghal xi snin, mill-galleriji tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija kienet tindaqq fanfarra waqt il-Barka Sagramentali. Meta kienet inharqet it-Tribuna, il-Barka kienet tinghata minn fuq mejda dekorata li kienet titqieghed mad-dar tal-familja Ciappara f'Misrah il-Knisja. Illum il-gurnata kollox inbidel. Dawn iz-zewg purcizzjonijiet tal-Corpus inqatghu, it-tizjin bil-qsari tal-fjuri barra d-djar ghosfru u ssir biss purcissjoni zghira fil-ghaxija wara l-quddiesa, u kollox isir fil-Knisja Parrokkjali.


Il-jum tal-Gimgha wara l-festa ta' Corpus li llum il-gurnata ssir l-ewwel hadd wara l-festa tal-Precett, issir il-Festa tal-Qalb ta' Gesu'. L-istess, qabel kienet issir purcissjoni mat-toroq tar-rahal fejn it-tfal tal-precett u tal-grizma kienu jakkumpanjaw din il-purcissjoni b'kant bhal: Tina l-hlewwa tal-ilsna tas-sena, Nadurawk ja Hobz tas-sema, O kbir sultan tas-slaten, Ghidtilna Kelma Gesu' bin Alla, ecc. U b'din il-festa kien jintemm ic-ciklu tal-festi ewkaristici wara l-Ghid.



IL-FESTA TAL-MADONNA TAC-CINTURA

festa sekondarja li kienet tigi ccelebrata bejn l-ahhar Hadd t'Awissu u l-ewwel Hadd ta' Settembru.


Il-Madonna taht it-titlu tal-Konsolazzjoni maghrufa l-aktar bhala il-Madonna tac-Cintura hija l-patruna specjali tal-Ordni Agostinjana. Il-patrijiet fi hdan din l-Ordni li jaghtu gieh ukoll lil Santa Monika u binha Santu Wisin, ghandhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna taht dan it-titlu tac-Cintura u l-festa taghha ssir lejn l-ahhar t’Awissu jew fil-bidu ta’ Settembru, ftit jiem fuq it-tifkira ta` l-istess zewg qaddisin ta’ l-Ordni Agostinjan. F’pajjizna insibu diversi knejjes li jiccelebraw din il-festa ghaziza fosthom dawk tal-patrijiet Agostinjani tal-Belt Valletta u tar-Rabat, fil-Gudja u ohrajn. Minbarra dan, insibu wkoll ghadd sabieh ta’ fratellanzi mxerrda ma’ Malta u Ghawdex iddedikati lill-Madonna taht dan it-titlu.

Il-Festa tal-Madonna tac-Cintura f’Hal Luqa saret ghall-ewwel darba fl-1720. Fil-fatt, insibu illi nhar it-12 ta’ Gunju 1719, l-Isqof Canaves laqa’ t-talba li saret nhar it-8 ta’ Gunju 1719 mill-W.R. Dun Gio Domenico Stellini, it-Terz'Ordni Agostinjan u l-Kappillan Ignazio Agius sabiex titwaqqaf il-fratellanza tal-Madonna tac-Cintura fil-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa. Ic-cerimonja solenni saret nhar it-28 t’April 1720 u tmexxiet mill-Kappillan Agius u Patri Antonio Mifsud O.S.A. Interessanti huwa l-fatt illi din il-fratellanza twaqqfet ufficjalment fuq l-artal iddedikat lil San Mikiel Arkanglu peress li sa dak iz-zmien, artal tac-Cintura kien ghad m’hemmx.

Insibu miktub fil-ktieb ta' Dun Guepp Micallef, 'Hal Luqa - Niesha u Grajjietha', illi dak in-nhar saret festa kbira ghall-okkazjoni tat-twaqqif tal-fratellanza tac-Cintura. Fil-fatt Patri Antonio Mifsud, Agostinjan li attenda f'isem il-Pirjol tal-Kunvent ta' Santu Wistin tal-Belt Valletta, gie fir-rahal ta' Hal Luqa biex flimkien mal-Kappillan Ignatio Agius imexxa c-cerimonja. Fil-ghodu inqrat u tfissret l-ittra mibghuta minn Patri Querni li kien il-Vigarju Generali Appostoliku tat-terz'ordni Agostinjan. Il-kappillan Agius u Patri Mifsud bierku 'c-cintura' li kellha tinghata lill-ewwel fratelli, li kienu: l-Ispizjar Wistin Ellul, Antonio Azzopardi, Salvu Spiteri, Daniel Micallef, Ganni Imbroll, Giuseppi Mifsud, Patist Azzopardi u Gianni Spiteri, li telghu fuq l-altar sabiex jiehdu 'c-cintura' bhala l-ewwel imsehbin ta' din il-fratellanza. Il-Kappillan Agius fisser ukoll l-indulgenzi li wiehed jirbah meta jissieheb fil-fratellanza u wara bdiet il-quddiesa kantata bil-muzika fuq l-artal ta' San Mikiel. Il-panigierku tal-okkazjoni sar minn Patri Mifsud.

Wara nofsinnhar sar ghasar kantat u wara harget il-purcissjoni mat-triqat tar-rahal, u li ghaliha attendew numru kbir ta' nies mir-rahal u anke minn barra mir-rahal. Fil-Purcissjoni hadu sehem il-fratellanzi tas-Sagrament kif ukoll tar-Ruzarju. Tghalaq il-purcissjoni kien hemm statwa tal-Madonna taghti 'c-cintura' lil Santa Monika gharkubtejha quddiema. Din l-istatwa ingiebet minn xi parrocca ohra, peress li f'Hal Luqa statwa tal-Madonna tac-Cintura qatt ma kellha. Dan gie kkonfermat mir-rapporti tal-Vizti Pastorali li kienu jsiru minn zmien ghal zmien mill-Isqfijiet sa mis-sena 1723 u s-snin ta' wara. Bhala eghluq ta' din il-festa il-parcmina tal-fondazzjoni tal-fratellanza tqeghdet magenb l-altar ta' San Mikiel.

Insibu wkoll illi Dun Gio Domenico Stellini flimkien mat-terzjarji Agostinjani kienu hallsu ghal kwadru zghir tal-Madonna tac-Cintura sabiex setghet tikber id-devozzjoni lejHa u b’hekk tkun tista' titwaqqaf il-fratellanza l-gdida. F’dan l-inkwadru wiehed seta’ jara x-xbiehat tal-Madonna bil-bambin flimkien ma’ Santu Wistin u Santa Monika.

Il-festa tac-Cintura baqghet issir kull sena, u kienet tigi ccelebrata nhar l-ahhar Hadd t’Awissu jew l-ewwel Hadd ta’ Settembru. Tul il-medda tas-snin insibu li d-devozzjoni lejn il-Madonna tac-Cintura zdiedet u kienu hafna dawk il-benefatturi li hallsu xi opri artistici sabiex jintramaw fil-festa. Insibu illi sas-sena 1727, il-fratellanza tac-Cintura ma kelliex artal taghha u ghalhekk inhasset il-htiega sabiex din l-istess fratellanza takkwista wiehed mill-artali li diga' kien hemm fil-knisja parrokkjali. Fil-fatt, il-prokuraturi tal-fratellanza tac-Cintura, Gio Domenico Zammit u Giuseppe Mifsud baghtu supplika lill-Isqof ta’ Malta f’Settembru 1727 sabiex l-artal ezistenti taht it-titlu tas-Santissima Trinita’ jinghata lill-fratellanza tac-Cintura u b’hekk ikun jista jsir kwadru fiss iddedikat lill-Madonna tal-Konsolazzjoni. Il-kwadru tas-Santissma Trinita’ kellu fih ukoll ix-xbiehat ta’ Santu Rokku u San Frangisk di Paola. Ghalhekk, gie kkummisjonat l-artist Enrico Arniaud sabiex ipitter dan il-kwadru l-gdid li ghadna naraw sal-gurnata ta’ llum. Dan hejja disinn fejn fih dahhal ix-xbiehat tal-Madonna, Santa Monika u Santu Wistin fic-centru tal-kwadru, filwaqt li fl-irkejjen tan-naha t’isfel insibu lil Santu Rokku u San Frangisk di Paola u fuq nett fl-isfond tidher it-Trinita’ Mqaddsa. Dan kollu jikkonferma illi qabel ma sar il-kwadru l-gdid, kien hemm dak iddedikat lis-Santissima Trinita’ li llum hadd ma jaf x’sar minnu. Il-kwadru l-gdid tal-Madonna tac-Cintura tlesta fl-1728.

Jidher illi din is-supplika mibghuta mill-prokuraturi tal-fratellanza tac-Cintura gabet maghha reazzjoni negattiva minn naha tal-fratellanza tar-Ruzarju mwaqqfa fl-istess parrocca. Dan minhabba l-fatt illi l-fratellanza tar-Ruzarju kienet meqjusa aktar anzjana minn dik tac-Cintura u ghalhekk oggezzjonaw bis-shih ghall-ghotja tal-artal taht it-titlu tas-Santissima Trinita’ lill-fratellanza l-gdida. Il-fratellanza tar-Ruzarju ma rieditx tacetta din il-proposta peress li l-artal tat-Trinita’ Mqaddsa milli jidher kien iddekorat sew u ghalhekk tac-Cintura kien se jkollhom artal sabih jekk mhux isbah minn dak tar-Ruzarju. Kienet x’kienet ir-raguni ezatta, nafu illi l-pittura l-gdida ta’ l-artist Arniaud saret kif mixtieq u twahhlet flok dik tat-Trinita’ Mqaddsa ghall-qima tal-fidili.

Matul is-snin, saru wkoll l-istandard il-prim bir-rakmu tad-deheb, zewg lanterni, surgentina u salib tal-fidda, bankun ghall-istess fided, sett karti gloria, terha bajda, ventartal irrakmat bid-deheb, sett gandlieri indurati bil-fidda u diversi accessorji ohra. Aktar tard, fl-1911, il-prokuratur tal-fratellanza s-Sur Giuseppe Borg ha hsieb sabiex ikompli jzejjen l-artal tac-Cintura billi talab xi flus mill-kaxxa tad-dhul sabiex jitlesta l-irham kollu tal-artal. Dan insibuh f’supplika mibghuta nhar id-9 ta’ Dicembru 1911 mill-W.R. Kappillan Dun Anton Vella ghan-nom tal-prokuratur Giuseppe Borg. Dan l-istess artal jintrama b’sett statwi mill-isbah, filwaqt li l-Artal Maggur tal-knisja jintrama b’sett Appostli kbar ikkuluriti u ndurati bid-deheb.

Ghall-bidu fil-purcissjoni ma kinitx tohrog vara, izda fl-1875 insibu li l-fratellanza tac-Cintura talbet lill-Fratellanza tar-Ruzarju sabiex l-istatwa tal-Madonna li kien hemm fil-Knisja Parrokkjali tibda tohrog ukoll fil-purcissjoni tac-Cintura. Dan wara li fl-istess sena, iz-zewg fratellanzi qasmu l-ispejjez involuti sabiex jinzebagh mill-gdid il-karnaggjon tal-istatwa tal-Madonna mill-pittur maghruf Giuseppe Cali. Fil-fatt l-istatwa tal-Madonna u l-bambin kienet titnehhilhom il-kuruna tar-ruzarju u minflok kien jitpogga c-cintorin, simbolu tal-konsolazzjoni. Kien wara dan illi l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju bdiet tintuza wkoll fil-Purcissjoni tal-Madonna tac-Cintura. Din l-istatwa tal-Madonna hija wahda mill-isbah illi nsibu fil-gzejjer maltin. Aktarx li saret bejn l-1692/93, minn Gio Antonio Saliba. Fl-1917 giet indurata u sgraffjata mill-gdid, sarilha stellarju fuq disinn tas-Sur M. DeGiovanni u nxtraw bradella u bankun minghand il-prokuratur tal-Knisja tal-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Bormla li kienu jintuzaw ghall-istatwa tal-Kuncizzjoni qabel ma nhadmet dik prezenti. Fis-snin disghin tas-seklu 20, l-istatwa tnaddfed mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna ddedikata lic-Cintura baqghet tohrog sal-1987, u minn dakinhar 'l hawn il-festa baqghet issir biss fil-knisja permezz ta` quddiesa kantata bil-priedka fuq il-Madonna.

Meta wiehed iqalleb fl-istorja tal-parrocca, jintebah illi l-festa tac-Cintura kienet wahda popolari hafna u mistennija minn sena ghall-ohra. Dan jista’ jkun minhabba l-fatt illi peress li Sant’ Andrija kien jigi f’Novembru, il-festi ta’ barra kienu esposti ghall-elementi naturali. Ghalhekk il-festi esterni tac-Cintura kienu jkunu aktar imfittxija min-nies tar-rahal peress li l-festa kienet tigi ccelebrata fl-eqqel tas-sajf. Il-knisja kienet tkun imzejna u l-funzjonijiet kollha kienu jsiru bl-akbar solennita’. Insemmu biss is-sena 1907, meta l-W.R. Kappillan Dun Anton Vella, ghan-nom tal-prokuratur tal-fratellanza tac-Cintura s-Sur Giuseppe Borg, bghat supplika lill-Arcisqof ta’ Malta nhar it-23 t’Awissu sabiex jitkantaw is-sekondi vespri b’muzika tas-surmast Mro. Ferdinando Camilleri. Kellhom jitkantaw ukoll Salve Regina u Tantum Ergo ta’ l-istess Surmast Camilleri.

Ir-rabta tal-Filarmonika L’Unione ma` din il-festa tmur lura ghall-1885. Dik is-sena nsibu bhala Prokuratur tal-festa tal-Madonna tac-Cintura lis-Sur Andrea Sammut. Fil-fatt, Andrea Sammut gie elett bhala prokuratur wara li Giuseppe Micallef (li kien il-fundatur tas-Societa' e Filarmonica San Andrea) tnehha minn din il-kariga. Bhala Prokuratur tal-festa tal-Madonna tac-Cintura, Giuseppe Micallef kien stieden lill-Banda Sant’ Andrija ta’ dak iz-zmien sabiex tippartecipa fil-festa tac-Cintura ta’ l-1884. Dan il-gest xejn ma nizel tajjeb fost uhud mill-Hal Luqin, u mis-sena 1885 ‘l quddiem, il-Banda L’Unione dejjem ippartecipat wehidha f’din il-festa, ghajr ghal sena wahda biss fl-ewwel snin tas-seklu 20. Meta s-Sur Andrea Sammut ha l-prokura tac-Cintura f'idejh fl-1885, huwa stieden lill-Filarmonika L’Unione li taghha huh Nikola Sammut kien President, sabiex taghti s-sehem taghha f’din il-festa. Insibu li dik is-sena il-Filarmonika L’Unione, diretta mis-surmast Gavino Camilleri zanznet innu lill-Madonna tac-Cintura, kompozizzjoni tas-surmast Ferdinando Camilleri fuq versi ta' Francesco Xuereb u bis-sehem ta` kor tat-tfal. Dan l-innu ta’ Ferdinando Camilleri kien biss l-ewwel minn sensiela ta’ innijiet li s-surmastrijiet tal-Filarmonika L’Unione kitbu sabiex jigu esegwiti mill-istess Banda fil-festa tal-Madonna tac-Cintura. Fil-fatt, erba’ snin wara, ezattament fl-1889, is-Surmast Gavino Camilleri kiteb innu iehor lill-Madonna tac-Cintura ghall-banda u kor tat-tfal. Dan ukoll beda jindaqq ta’ kull sena f’din il-festa. Fl-1904, hekk kif is-surmast Orlando Crescimanno ha l-kariga ta’ direttur tal-Filarmonika L’Unione, dan ukoll kiteb Inno alla Beata Vergine, xoghol miktub ghall-banda kbira u kor.



FESTI LITURGICI OHRA

festi li jsiru matul is-sena



Il-festi titulari hadu l-bixra taghhom ta' kif nafuhom illum fuq medda ta' snin u kienu diversi l-fatturi u c-cirkustanzi li wasslu ghal dan. Il-festa titulari tar-rahal taghna lill-Appostlu Sant'Andrija ghaddiet mill-istess zvilupp biex illum ghandna l-festa li nafu ahna.

Il-festa kienet tigi ccelebrata fil-jum proprju tal-festa liturgika ta' Sant'Andrija jigifieri nhar it-30 ta' Novembru. Fl-ewwel snin wara li Hal Luqa saret parrocca, l-festa kienet tkun celebrata fil-Knisja biss, u kienet tikkonsisti jew f'quddiesa kantata bil-panigierku biss, jew inkella quddiesa u ghasar kantati. Lejliet il-festa kien isir il-vespri u nhar il-festa kienet issir quddiesa kantata bil-panigierku fil-ghodu u kant tat-tieni vespri fil-ghaxija. Malli kien jintemm il-vespri ghal habta ta' xi l-4.30 p.m. in-nies kienet titla' sal-misrah. Min jintefa' fil-hanut tax-xorb, min kien idur ma xi mejda jissogra xi haga tal-flus fuq ir-rota tal-loghob u ohrajn kienu jieqfu jpacpcu ma' hbiebhom u jixtru xi bicca qubbajd minghand tal-qubbajd li dak innhar kienu jarmaw quddiem il-Knisja.

Fl-1575, il-festa kienet issir b'quddiesa u ghasar. Il-kappillan ta' Bir Miftuh (li minnha harget il-parrocca ta' Hal Luqa), Dun Bartolomeo Mangion kien qal lill-Isqof Dusina li kienet drawwa tieghu li fil-festi tal-irhula li kienu jsiru fil-parrocca tieghu, kien imur iqaddes fil-knisja fejn tkun qed issir il-festa. Fil-Knejjes l-ohra tar-rahal kienu jsiru l-festi fil-jum tal-patrun taghhom b'vespri u quddiesa. Xi festi minn dawn kienu jispiccaw b'ikla lill-kappillan jew lill-qassis li jkun ghamel il-festa. Gieli wkoll kienu jaghtu xi haga x'jieklu jew lill-foqra jew lin-nies li jkunu hadu sehem fil-festa tal-knisja.

Bejn l-1729 u l-1740 bdiet tohrog il-purcissjoni bir-relikwija tal-qaddis. Statwa ta' Sant'Andrija ma kienx hawn u ghalhekk kienet tohrog ir-relikwija tal-qaddis. Din ir-relikwija ilha Hal Luqa sa mill-1715 u kien gabha habib tal-kappillan Agius, certu Francesco Albotti, minghand l-Abbati tal-patrijiet Cistercensi tal-Monasteru ta' San Fabjan u San Sebastjan f'Ruma. Taha lill-Kappillan Agius fit-12 ta' Gunju 1715 f'relikwarju tal-bronz indurat. Fl-1721 sar Ostensorju bi flus Dun Guzepp Ellul u n-Nutar Filippu Tonna.

Kien proprju l-Gran Mastru De Rohan li fl-1777 ordna biex il-festi kemm fil-Knisja kif ukoll barra jsiru bl-akbar pompa, u dan sabiex il-poplu jallegra ruhhu u jaljena. Dan kien il-bidu tal-festi fl-irhula u fl-ibliet kif nafuhom illum. F'Novembru 1781 insibu li l-Isqof Labini ra l-istatwa ta' Sant'Andrija lesta fin-nicca taghha. Minn studju ricenti li ghamel Dr. John Debono, B.A., M.A., Ph.D., gie svelat illi din l-istatwa saret mill-iskultur Giuseppe Scolaro li kien mill-Isla. Id-disinn ta' l-istatwa kien ta' Giuseppe Bonnici filwaqt illi din l-istatwa thallset minn Andrea Camenzuli, it-tnejn Hal Luqin. (Ara Lehen il-Parrocca Luqa -Lulju Awissu 2005). Il-mixghela kienet issir bit-tazzi taz-zejt u mhux l-ewwel darba li saru wkoll il-fjakkoli.

Beda jsir in-nar ghall-festa, b'murtaletti, maskli u giggifogu; filwaqt li fis-snin ta' bejn l-1835 u l-1849, il-prokuratur kien jahseb biex igib banda ghall-festa. Di fatti fis-sena 1879, ir-rahal kien mixghela wahda: insibu li sew lejlet u nhar il-festa daqqew zewg baned. F'jum il-festa, banda daqqet fuq palk fil-pjazza u l-ohra mxiet mal-purcissjoni. Is-surmast Pawlu Nani li kien Maestro di Cappella, daqq ghall-ewwel darba antifona gdida komposta minn ibnu Antonio Nani.

Wara din l-antifona baqghet tinstema' ghal hafna snin fil-festa tal-Appostlu Sant'Andrija, sakemm fl-1930 haditilha postha l-antifona li ghandna llum u li hija komposizzjoni ta' Ferdinando Camilleri. In-nar ghal din is-sena inhadem kollu minn dilettanti Hal Luqin.



Kalendarju tal-Festa

Ritratti mehuda minn diversi celebrazzjonijiet interni u esterni fl-okkazjoni tal-festa titulari ta' Sant'Andrija.



Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: September 2016