NAVIGATE:

 

STORJA

INFORMAZZJONI PARROKKJALI

KAPPILLANI

ATTWALITA' - Mill-Knisja Lokali

ATTWALITA' - Mill-Parrocca

ARKIVJU

OPRI FIL-KNISJA

KNEJJES U KAPPELLI

FESTI FIL-PARROCCA


LUQA  PARISH  CHURCH


mill-Ktieb "Hal Luqa: Niesha u Grajjietha" tar-Rev. Dun Guzepp Micallef, B.A., Lic. D.

Hal Luqa huwa wiehed mill-irhula l-qodma ta' Malta bi storja dokumentata li tmur lura sa mill-1419. Mhux ghalkemm wiehed ighid meta beda r-rahal.

L-ewwel irhula Maltin twaqqfu wara l-migja ta' l-Gharab. Ohrajn bdew fi zmien in-Normanni. Hjiel tal-bidu tar-rahal jaghtihulna ismu - Hal Luqa - li jfisser "ir-rahal ta' Luqa".

Sew jekk dan Luqa kien l-ewwel ragel li kien ighammar fir-rahal u sew jekk kien sid ir-rahal, ikollna naslu ghall-fehma li Hal Luqa beda wara, u wara hafna, il-migja tan-Normanni (AD 1090). Nghidu dan ghax fiz-zminijiet tan-nofs, Luqa kien isem Nisrani aktar milli Mislem jew Lhudi. Wiehed ma jridx jinsa li sa nofs is-seklu tlettax kien hawn hafna izjed Misilmin milli Nsara. (L-isqof ta' Strasbourg, wara li gie Malta fl-1175, qal li niesha kienu Misilmin. Censiment li sar fl-1240 juri li l-bicca l-kbira tan-nies kienu Misilmin u ftit li ftit kienu Nsara.)

Min naha l-ohra, Luqa seta' kien il-laqam ta' ragel, joqghod ir-rahal, li kellu x'jaqsam mal-belt Taljana ta' Lucca. Din kellha hafna kummerc ma' Malta fis-seklu 13.

Il-"Hal"

Fil-qedem il-bicca l-kbira tal-Maltin kienu mitughin fuq xoghol tar-raba'. 'L hawn u 'l hinn ma' Malta gemghat zghar ta' familji kienu jibnu xi rziezet hdejn xulxin; kull wiehed jiehu bicca raba' ghalih u jdawwarha b'hitan tas-sejjieh. Qalb dawn l-irziezet kienu jibnu xi kappella zghira.

Kull rahal kien ikollu bicca art komuni ghal kulhadd, immexxija mill-Universita'. Kull bidwi jew rahhal kien juzaha biex jirgha l-bhejjem tieghu jew jaqta' l-hatab ghan-nar. Dawn il;-ftit irziezet bdew jissejhu "Hal" jew rahal.

Dawk il-ftit bdiewa li taw bidu ghar-rahal ta' Hal Luqa aktarx li l-ewwel poggew fuq ix-xaqliba tan-naha ta' fuq ta' Wied il-Knejjes. Meta fis-seklu 14 il-furbani, Misilmin jew Insara, bdew jahbtu ghal Malta - hekk fl-1371 ghaxar xwieni ta' Genova habtu ghall-gzira u hallew warajhom herba shiha - dawn il-bdiewa, jew ghallinqas xi whud minnhom marru fuq l-gholja li kien hemm fuq in-naha l-ohra tal-Wied ghax kienet izjed fil-gholi. ... ... ... ...



WEBSITE IS STILL UNDER CONSTRUCTION.








 



Luqa Parish Church

L-Altar Maggur rinnovat

Id-dar tal-Kappillan

Statwa Titulari ta' St Andrija





Dun Guzepp Micallef

 May 2015


Updated:  April 2015 by The Administrator