IL-PARROCCA TA' HAL LUQA







STORJA QASIRA TAL-KNISJA

Mehud mill-ktieb: HAL LUQA – 350 Sena Parrocca.

Hal Luqa... L-istorja ma tghidilniex minfejn gab ismu. Nafu li bhala parrocca hareg mill-Parrocca ta' Bir Miftuh fil-limiti tal-Gudja. Bir Miftuh qabel kien il-"pro" parrocca li minnha wara hargu l-parrocci tal-Gudja, Tarxien, Mqabba, Safi, Kirkop u Hal Luqa. Illum Bir Miftuh ma fadallu xejn hlief il-Kappella li hija taht il-kustodja tal-MIA u Din l-Art Helwa. Huwa rahal f'Malta bi kwazi 6,000 abitant.

L-ewwel knisja ta’ Sant’Andrija
Fl-1497, insibu diga’ knisja ddedikata lill-Appostlu Sant’Andrija f’Hal Luqa. Il-knisja li kien zar Mons Pietro Dusina fit-8 ta’ Frar 1575 kienet knisja b’seba’ hnejjiet u b’altar maggur, li fuq il-lemin tieghu kien hemm altar tas-Salvatur u fuq ix-xellug kien hemm altar tal-Madonna ta’ Loretu.

Fl-1600 l-altar maggur kellu kwadru tal-Madonna, ta’ Sant’Andrija u ta’ San Pawl maghmul mill-pittur Filippu Dingli minn H’Attard.

Knisja Parrokkjali.
Fil-15 ta’ Mejju 1634, il-Knisja ta’ Sant’Andrija saret l-ewwel Knisja Parrokkjali b’Dun Wistin Cassia, S.Th.D. bhala l-ewwel Kappillan taghha. Fil-knisja sar fonti tal-Maghmudija u kien fih dehra sabieha u tqieghed wara l-bieb in-naha tal-lemin, inti u diehel.

Il-bini ta’ Knisja Gdida.
Bejn Mejju u Awissu 1634, bdiet tinbena knisja gdida madwar il-knisja l-qadima. Il-bini ta’ din il-knisja dam sejjer hafna snin. Il-pjanta tal-knisja fuq stil Doriku kien ghamilha Dun Gulju Muscat, qassis Hal Luqi.

Sa’ l-1644, kienu bnew il-kor, il-kappelluni u bicca mill-korsija. Tlestiet ukoll il-koppla. Kull genb tal-korsija kellu tlett arkati, tan-nofs kien fiha bieb ghal barra. Is-saqaf tal-Knisja kien jibda dritt minn fuq il-gwarnicun ta’ fuq il-pilastri. Kien mibni bi hnejjiet fit-tond b’xorok bejniethom. Fil-korsija kien hemm sitt itwieqi; tnejn f’kull kappellun u tnejn fil-kor. Il-koppla kienet lixxa ghal kollox u kellha tmint itwieqi bil-blata taghhom ghad-dritt.

Fis-sena 1686, tlesta l-kampnar fuq ix-xellug tal-faccata.

Xoghol iehor fil-Knisja
Meta tlesta dan ix-xoghol, il-Hal Luqin riedu jkomplu jsebbhu l-Knisja taghhom. Waqt li bejn is-snin 1693 u 1699 inbena l-kor gdid fuq stil Barokk, fl-1709 tlestiet il-faccata b’zewg kampnari fuq stil Doriku.

Bejn is-snin 1722 u 1737, inbidlu l-faccati tal-kappelluni. Ix-xoghol tal-gebel fil-kappellun ta’ l-Agunija sar bejn is-snin 1722 u 1734 u f’dak tar-Ruzarju, ix-xoghol inbeda’ fl-1734 u kien lest tlett snin wara.

Minn gewwa, l-Knisja kienet twila 140 pied u kellha wisa’ ta’ 89 pied fil-kappelluni. Il-Korsija kienet wiesgha 25 pied.

Fil-knisja kien hemm 10 altari. Kollha kienu tal-gebel, bl-iskannelli ta’ l-injam. Fin-nofs kien hemm l-altar maggur u iehor warajh fil-Kor. Fuq in-naha tal-lemin tal-altar maggur kien hemm il-kappellun tac-Cintura u l-kappellun tar-Ruzarju. Fil-korsija fuq in-naha tal-lemin kien hemm il-kappellun ta’ Sant’Anna u dak ta’ San Duminku. Fuq in-naha tax-xellug ta’ l-altar maggur kien hemm il-kapellun tat-Twelid, il-kappellun ta’ l-Agunija, ta’ San Mikiel u ta’ Santa Marija.

Tizjin fil-Knisja
Is-sedji tal-kor inhadmu minn Antonio Farrugia mill-Isla u l-iskultura thalliet f’idejn Pietru Saliba minn Hal Luqa. U kienu lesti ghall-festa ta’ Sant’Andrija tas-sena 1746.

L-Iskultur Pietru Saliba u l-haddiema l-ohra Luqin lestew ukoll sa’ l-1757 il-pulptu ‘l gdid. Dan inhadem b’injam ahmar u kien kollu kemm hu skolpit u hareg bicca xoghol tassew sabieha.

Fil-kor il-gdid saru zewg galleriji: wahda ghall-orgni fl-1699, u l-ohra li kienet lesta fl-1723, inhadment ghal mal-hajt l-iehor tal-kor u fiha kienu joqghodu l-muzicisti fil-festi l-kbar tal-parrocca.

Fl-1729 kien hemm erba’ konfessjonarji fil-korsija tal-knisja. Il-fonti tal-Maghmudija dak iz-zmien kien wara l-bieb il-kbir inti u diehel fuq ix-xellug. L-Isqof Labini ikkonsagra l-Knisja fis-7 ta’ Dicembru 1783.

Bejn is-snin 1838 u 1841, l-altar maggur sar kollu tal-irham bi flus u b’xi beni li hallew lill-Knisja Mons. Gian Patist Tonna u ohtu Anna Maria Cassar Desain. Sa’ l-1849 tlesta wkoll bl-irham l-altar tal-kor. L-ewwel altar tal-irham li sar wara l-maggur u tal-kor, kien tal-kappellun tar-Ruzarju. Dan tlesta mill-maghruf F. Buhagiar fl-1853. Saru wkoll ta’ l-irham l-altari tal-Madonna tac-Cintura u ta’ l-Agunija.

Il-bini tan-Navi
Fis-16 ta Mejju 1901, inbeda’ x-xoghol tal-bini tan-navi fuq il-pjanti tal-periti Hal Luqin Frangisku Sammut u Andre’ Vassallo. Ghall-ewwel ix-xoghol inbeda’ taht l-imghallem Pietru Vassallo, izda minhabba nuqqas ta’ ftehim bejn l-imghallem u l-perit, ix-xoghol kien waqaf ghal kollox. Dun Guzepp Vassallo li kien il-prokuratur tal-knisja, ha x-xoghol f’idejh u ghazel mghallem gdid, Frangisku Zammit (‘l quddiem dahal floku ibnu salvu) u x-xoghol beda’ miexi ‘l quddiem gmielu. In-Navi tbierku ghall-festa ta’ Sant’Andrija tal-1904. Tlett snin wara tlestliet il-faccata bil-kampnari b’kollox. Il-kappelli ta’ magenb l-altar maggur saru godda bhal tan-Navi.

L-altari ta’ l-erba’ kappelli godda ta’ gon-navi saru tal-irham. It-titulari tal-kappelli ma baqghux fl-istess ordni li kienu qabel u tbiddlu kif ghadhom sal-gurnata tal-lum: jigifieri fuq il-lemin tal-altar maggur insibu tac-Cintura, tar-Ruzarju, tal-Qalb ta’ Gesu’, u ta’ San Duminku. Fuq ix-xellug insibu ta’ Santa Marija, ta’ l-Agunija, tat-Twelid, u ta’ San Mikiel.

F’April 1910 inghataw minn Giuseppi Slythe zewg fontijiet tal-irham ghall-ilma mbierek. Sena wara, Caterina Vella benefattrici Luqija, harget il-flus biex saru tnejn ohra.

Is-sur Xmun Azzopardi ta hames mitt liri biex isir il-pavimentar tal-knisja bl-irham.

Ingarrfa fil-gwerra
Fid-9 ta’ April 1942, il-knisja ntlaqtet mill-bombi tal-ghadu waqt air raid fuq Hal Luqa. Il-kappellun tar-Ruzarju kien bla saqaf, in-navi tal-istess naha kienu mgarrfa u l-kappellun tal-Qalb ta’ Gesu kien meqrud ghal kollox.

Il-knisja l-gdida
Il-pjanta tal-knisja l-gdida ghamilha l-perit Indri Micallef filwaqt illi l-imghallem Geraldu Spiteri ha l-bini tal-knisja f’idejh. Il-korsija kella titwessa’ b’hames piedi billi titnaqqas il-hxuna tal-pilastri l-qodma b’zewg piedi u nofs kull naha. Il-knisja kellha titwal ukoll minn naha ta’ wara u hekk il-kor sar iktar spazjuz.

L-ewwel gebel tqieghed fil-pilastri tal-korsija f’Gunju 1945. Sa l-ahhar ta’ Jannar 1947 kienu lesti n-navi tax-xellug bil-koppletti b’kollox u l-korsija kienet imsaqqfa kollha sa l-arkun tal-pilastri magguri. Wara nbeda x-xoghol fuq il-kappellun tar-Ruzarju, il-kor u s-sagristija. Sa Novembru 1948, is-sagristija kienet lesta minn kollox kif ukoll tlesta l-kappellun tar-Ruzarju. Issaqqaf ukoll il-Kor.

Il-kappellun tal-Agunija kellhu jinhatt u jinbidel biex ikun jaqbel mal-istil ‘l gdid tal-Knisja. Il-koppla nbdiet ghall-bidu tal-1950 u hadet sentejn biex tinbena’. Giet gholja 48 pied b’diametru ta’ 31 pied minn gewwa. Ix-xoghol fuq il-faccata tal-knisja nbeda f’Jannar 1953. Il-kampnar tal-qanpiena l-kbira bil-pilastru ta’ tahtu li kien inhatt, inbena’ mill-gdid. Il-parti tan-nofs tal-faccata li nbniet fuq disinn gdid, tlestiet ghal Mejju 1953.

Fl-1947 il-Kappillan Debono minn flusu stess, gab mill-Italja l-parti ta’ fuq tal-fonti tal-maghmudija – bicca xoghol ta’ l-irham b’San Gwann Battista jghammed lil Kristu. Fit-12 ta’ Mejju 1953 izzanzan l-altar maggur li hemm illum li huwa kollu tal-irham.

Il-paviment tal-knisja bl-irham sar bejn Gunju 1956 u Settembru 1957. Fis-snin ta’ wara, il-kappillan Dun Innocenz Borg ha hsieb ilesti l-altari l-ohra tal-Knisja. L-erba’ altari: tac-Cintura, ta’ Santa Marija, ta’ San Duminku u ta’ San Mikiel gew irrangati, izda l-erbgha l-ohra saru godda fl-Italja.

Mons Arcisqof Mikiel Gonzi ikkonsagra l-knisja mill-gdid fis-26 ta’ Settembru 1962.


IT-TWAQQIF TAL-PARROCCA TA’ HAL LUQA

DOKUMENT UFFICJALI MHUX MAGHRUF

Ta’ kull sena, jiena mmur barra minn Malta biex nigbor xi dokumenti li jghinuni halli ndawwal xi aspett mhux maghruf ta’ l-istorja ta’ Malta. L-arkivji preferiti tieghi huma l-Arkivju Sigriet tal-Vatikan, l-Arkivju tal-Kongregazzjoni tal-Fidi (li kien maghruf bhala tas-Sant'Uffizzju), u l-Public Records Office ta’ qrib Londra. Kemm-il darba grali li jkolli f’mohhi xi argument ta’ storja, u bla ma nkun nistennieh jitfacca quddiemi xi dokument importanti dwar xi argument iehor. Hekk grali waqt li kont qed inqalleb id-dokumenti tas-Sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju fl-Arkivju Sigriet tal-Vatikan. Kont qed nigbor dokumenti dwar l-Inkwizituri ta’ Malta. Imma, bla hsieb, giet quddiem ghajnejja Supplika li ghandha x’taqsam ma’ l-origini tal-parrocca ta’ Hal Luqa. L-Inkwizitur ta’ Malta kellu xi rabta maghha, imma indirettament biss. Ir-rabta tieghu maghha kienet ghall-fatt li hu kien Delegat Appostoliku wkoll. Kien qisu n-Nunzju li ghandna llum. Jiena ma kontx qed nahdem ghal Hal Luqa.

Imma minnufih hassejtni cert li dik is-supplika mibughta lill-Papa Urbanu VIII fl-1632 ghad tkun ta’ valur jekk jinghata taghrif dwarha. Ghalhekk, jiena ordnajt minnufih fotokopja taghha. Imma, ghal xi snin, baqghet merfugha ghandi. Kont gharraft biha lill-Kappillan Dun Guzepp Camilleri, meta hu kien ghadu kif gie maghzul biex imexxi lil din il-parrocca. Imma, ghalkemm hu talabni aktar minn darba biex nikteb dwarha, ghal xi raguni jew ohra l-istudju dwarha min-naha tieghi baqa’ ma sarx. Is-supplika hi ta’ zmien meta l-poplu nisrani ta’ Hal Luqa kien imxennaq hafna biex ikollu knisja parrokkjali li tkun tieghu biss. Dik ta’ Bir Miftuh, ghalkemm fil-qrib, ma kinitx qed taqdihom tajjeb. Dik kienet qrib hafna, imma fuq in-naha opposta, tal-Gudja ta’ llum. Ir-rahal ta’ Hal Luqa kien jinstab qrib ta’ Bir Miftuh aktar mill-irhula l-ohrajn li, bil-mod il-mod, kienu qed jinqatghu f’parrocca ghalihom. Imma, xorta wahda, Bir Miftuh lil Hal Luqa ma kienx qed jaghtih servizz tajjeb. Il-parrocca ta’ Bir Miftuh ma offrietx lanqas qassis wiehed biss ghal Hal Luqa. Mis-supplika nafu wkoll bl-ingustizzji li kienu qeghdin isiru mal-familji foqra ta’ Hal Luqa.

L-ILMENTI SA MINN ZMIEN L-ASSEDJU L-KBIR

L-ilmenti kienu minn dejjem. Imma m’ghandniex registrati dawk li saru qabel l-1565, is-sena ta’ l-Assedju l-Kbir. Nafu dwar dak li kien qed jigri mill-atti tal-vizta appostolika ta’ Mons. Pietru Dusina. Dan, fl-1575, intbaghat mill-Papa Girgor XIII biex jaghmel vizta ufficjali fid-djocesi ta’ Malta, li f’dak iz-zmien kellha maghha lil Ghawdex ukoll. Dik kienet vizta tassew storika. Fost l-ohrajn, Indri, Vestru u Vincenz Bonnici, tliet ahwa minn Hal Luqa, ddikjaraw quddiem Dusina li, fil-knisja parrokkjali ta’ Bir Miftuh, kien hemm kappella li, sa ghaxar snin qabel, kienet taghhom. Din kienet qrib il-fonti tal-maghmudija, li kien ikun qrib il-bieb ta’ barra. Imma, fi zmien l-Assedju l-Kbir, l-arcidjaknu tal-katidral ordnalhom biex jaghmluha tissakkar sewwa b’xi bibien. Imma huma, fil-faqar taghhom, ma kellhomx il-flus mehtiega halli jidhlu ghal dik l-ispiza. Ghal din ir-raguni, l-arcidjaknu hadhielhom. Hu hadilhom mhux biss il-kappella, imma wkoll ghalqa, li hi wkoll kienet taghhom. Dawn il-Halluqin ghafsu mal-Vizitatur halli jghinhom biex maghhom issir gustizzja. Kien mehtieg li jinghatawlhom lura, kemm il-kappella kif ukoll l-ghalqa. Huma ziedu jghidulu li min kien izomm dik l-ghalqa kien fid-dmir li, mid-dhul li jkun hemm, tinghata ghajnuna lill-familji foqra ta’ Hal Luqa. Imma, minn mindu dik l-ghalqa ttiehdet minn idejhom, lill-foqra ma nghatalhom xejn. Il boghod minn Bir Miftuh tqies li kien ta’ xi nofs mil. Imma, mill-knisja parrokkjali (li ma kinitx hlief kappella ckejkna) zgur li kien xi ftit izjed. L-akbar ilment kien ghall-fatt li n-nies kollha kienu jhossu ruhhom abbandunati spiritwalment. Il-knisja ckejkna taghhom imsemmija ghal Sant’Andrija, ghalkemm kienet l-ewlenija, ma kellha l-ebda qassis li jiehu hsiebha. Jidher li r-raguni ghaliex ma ntbaghtilhiex wiehed kienet fil-fatt li ma kinitx moghnija bir-renti.

Ghalhekk, qassis f’Hal Luqa ma kienx ikollu biex jghix. Ma kienx jissejjah qassis hlief biex iqaddes ghall-festa ta’ Sant’Andrija u kultant f’xi okkazjoni ohra. Il-knisja lanqas biss ma kellha kwadru titulari. Kien ghad fadal ftit izjed minn mitt sena biex il-knisja tizzejjen bil-kwadru titulari prezzjuz li tpitter minn Mattia Preti. Sar fl-1687, u hallas ghalih Basilju Farrugia. Il-bzonn li Bir Miftuh icedi parti mit-territorju tieghu kien ilu jinhass.

Mons. Tommaso Gargallo, isqof sever u li ma kien jieqaflu hadd (1578 - 1614), kien diga’ ta widen ghall-ilmenti ta’ Hal Kirkop u Hal Tarxien billi fl-1592 qataghhom minn Bir Miftuh. Imbaghad, fl-1598, minn Bir Miftuh, l-istess isqof Gargallo qata’ l-Imqabba u Hal Safi.

FIL-FAQAR U BLA RENTI

In-nies ta’ Hal Luqa bdew jinkeddu meta raw li postijiet ckejknin izjed minnhom gew moghta l-knisja parrokkjali, u lilhom ma gietx moghtija. Mill-irhula ta’ madwar Bir Miftuh, kien jonqos Hal Luqa u Hal Farrug biss. Dwar Hal Farrug, qatt ma kien il-hsieb li tinghatalu xi knisja parrokkjali. Sal-lum, il-post baqa’ bi ftit nies biss. Dwar Hal Luqa, lill-isqof kien jidhirlu li l-post seta’ jintlahaq tajjeb minn Bir Miftuh ghax ma kienx imbieghed. Imma nafu li, fil-fatt, thalla nieqes mill-bzonnijiet tieghu. Ma ninzlux fil-fond fl-istorja tal-qaghda socjali ta’ Hal Luqa. Dwar popolazzjoni, xoghol, faqar, mard, u problemi ohrajn, ikellimna tajjeb hafna Dun Guzepp Micallef u xi ohrajn ukoll. Gargallo ma tax lin-nies ta’ Hal Luqa dak li kienu jixtiequ.

Meta dan l-isqof miet fl-1614, is-successur tieghu kien wiehed li twieled Malta. Dan kien Mons. Baldassarre Cagliares li mexxa bejn 1615 u 1633. Imma f’Hal Luqa hu ma hasibx malajr. Imma, waqt vizta pastorali fl-1630, kien hu nnifsu li heggeg lin-nies ta’ Hal Luqa biex jaghmlu rikors f’Ruma halli juru li kien mehtieg li l-parrocca ssir. Dan juri li lill-isqof kien hemm min ma halliehx jiddeciedi. Min-naha ta’ Bir Miftuh kienu qed jinholqulu bosta diffikultajiet. Fil-fatt, fic-cirkustanzi normali tal-hajja, l-isqof djocesan m’ghandux ghalfejn jirrikorri Ruma biex jaqta’ parrocca ghaliha. Imbaghad, dan l-isqof, ftit wara li fethilhom it-triq, mis-sena 1631, ma seta’ jaghmel xejn izjed ghaliex marad, u beda jmur minn rasu. Hu tilef l-uzu tar-raguni, u sahansitra lanqas biss ma seta’ jitkellem izjed. Id-djocesi ta’ Malta minn Dicembru ta’ l-1631 sa Awissu ta’ l-1633, kienet amministrata minn Mons. Martino Alfieri, inkwizitur u delegat appostoliku f’Malta. Alfieri kien se jkun inkwizitur li jghin hafna lil Hal Luqa fit-twaqqif tal-parrocca. Kien fi zmien l-amministrazzjoni ta’ Alfieri meta, fl-1632, inkiteb u ntbaghat ir-rikors ta’ l-1632 ghat-twaqqif tal-parrocca. Ir-rikors gie indirizzat direttament lill-Papa Urbanu VIII.

IR-RIKORS LILL-PAPA URBANU VIII

Ir-rikors ma jinqarax b’heffa. Id-diffikulta’ mhix qieghda fl-ilsien Latin li bih hu miktub. Hi l-kaligrafija li tohloq xi diffikultajiet. Ma’ dan l-istudju ckejken, qieghda tidher ir-riproduzzjoni fotografika ta’ l-orginal tad-dokument. F’din il-kitba tieghi, qed jitwassal b’ilsienna l-kontenut tieghu. Il-kitba harget minn ghadd ta’ persuni li kienu miz-zewg nahat: jigifieri kemm minn Hal Luqa kif ukoll minn Bir Miftuh. Min-naha ta’ Hal Luqa kien hemm Luqa Ellul, Basilju Farrugia u Anglu Mallia. Jidher mill-kontenut li kien hemm il-prezenza ta’ Dun Mario Mallia, li kien il-kappillan ta’ Bir Miftuh. Tinhass ukoll il-fehma ta’ Dun Wistin Cassia, li kien minn Hal Qormi, imma diga’ kienu tefghu ghajnejhom fuqu bhala wiehed li seta’ jghin, u fil-fatt imbaghad, fl-1634, kien se jigi maghzul bhala l-ewwel kappillan ta’ Hal Luqa.

L-ewwelnett, inkiteb lill-Papa fejn jinstab il-post u f’liema sitwazzjoni kien. Ghalhekk, lill-Papa qalulu:

“Missier Qaddis, ir-rahal ta’ Hal Luqa, li hu fid-djocesi ta’ Malta, jiddependi mill-knisja jew kappella parrokkjali li hi fir-rahal ta’ Bir Miftuh, fl-istess djocesi ta’ Malta”.

Dik ta’ Bir Miftuh tissejjah “kappella” biex jigi indikat li hi knisja ckejkna, kif fil-fatt kienet. Kienet knisja ddedikata ghall-Annunzjazzjoni tal-Vergni Marija. Minhabba c-cokon taghha, kienu qed jahsbu biex ikabbruha xi ftit proprju f’dak iz-zmien. Is-supplika tkompli tiddeskrivi l-qaghda:

“Il-poplu ghandu jiehu hsiebu lil dak li jkun rettur ta’ dik il-knisja parrokkjali. Il-knisja parrokkjali hi mbieghda xi mil jew xi ftit izjed minn Hal Luqa”.

Fi zmien Dusina kien inkiteb li hi mbieghda nofs mil biss. L-ezattezza tad-distanza hi bejn wahda u ohra; jigifieri qrib mil. Wara li tfisser li, bejn post u iehor, ma kien hemm xejn, inkiteb:

“Ghal dawk li jkunu jridu jaqsmu minn post ghal iehor, fix-xitwa u fi zmien ta’ xita, ma jistghux jaghmlu dan hlief b’diffikultajiet kbar. Minhabba t-triq imharbta u minhabba ‘l boghod li hemm, hafna xjuh tar-rahal ta’ Hal Luqa ma jistghux imorru fil-knisja parrokkjali ta’ Bir Miftuh”.

Wara din id-dahla, il-kittieba tas-supplika fissru lill-Papa Urbanu xi xtaqu minghandu:

“Billi nixtiequ li dawn l-affarijiet skomdi jinqatghu, bil-qima kollha li ghandna lejn il-Qdusija Tieghek, ahna li qed naghmlu din is-supplika, il-kunsill popolari, u l-poplu kollu ta’ Hal Luqa tkellimna bejnietna fuq dak li jaqbel ghal dan ir-rahal. Inhossu li jkun ta’ gid li r-rahal ta’ Hal Luqa, il-knisja jew kappella tieghu jinqatghu mir-rahal ta’ Bir Miftuh u mill-knisja parrokkjali tieghu. B’konsegwenza ta’ dan, inhossu li l-knisja jew kappella ta’ Hal Luqa tigi mghollija ghall-gieh ta’ knisja parrokkjali. Ghalhekk, gew maghzulin x’uhud li joqoghdu f’Hal Luqa. Dawn gew delegati biex, flimkien mar-rettur ta’ llum tal-knisja parrokkjali ta’ Bir Miftuh, li hu Mario Mallia, li ghandu qima lejk, halli jsir il-ftehim biex lill-knisja ta’ Hal Luqa tinqata’ minn dik ta’ Bir Miftuh”.

Minn Dun Mario Mallia, l-ewwelnett, kien mixtieq il-kunsens. Imma l-oraturi, bir-rispett kollu, fissru lill-Papa li huma kienu sejrin joqoghdu ghar-rieda tieghu u tas-Sede Appostolika. Imma l-ftehim bejn Bir Miftuh u Hal Luqa kien mixtieq li jsir b’xi kondizzjonijiet.

IL-KUNDIZZJONIJIET LI TQIEGHDU

Il-kundizzjonijiet kienu dawn:

i) Huma qablu li l-ewwel frott ta’ l-ghelieqi tar-rahal ta’ Hal Luqa jigu separati mid-dhul tal-knisja ta’ Bir Miftuh. Dawn kellhom jibdew jinghataw lil Hal Luqa bhala ghajnuna ghall-knisja li sejra tinbena.

ii) Dawk id-drittijiet kollha li jmissu u li ghad imissu lil Dun Mario jibqghu jinghatawlu sakemm idum haj.

iii) Jinghatawlu sittin skud li kienu jinqasmu fi tliet zminijiet: l-ewwel terz (jigifieri 20 skud) jinghatawlu minn dik il-gurnata li fiha tkun saret parrocca halli jghinu fil-ghajxien tieghu. Dawn jinghataw fi zmien l-ewwel ghoxrin gurnata minn meta jkun sar it-twaqqif tal-parrocca. It-tieni terz ta’ 20 skud jinghata wara erba’ xhur. It-tielet terz ta’ ghoxrin jinghata meta jghaddu erba’ xhur ohra. Hekk jibqghu jinghataw kull sena minn dawn li qed jaghmlu s-supplika jew minn ohrajn li huma jkollhom fiducja fihom. Lil Dun Mario jibqghu jinghatawlu tul hajtu kollha, anki jekk ikollu jakkwista xi beneficcji ekklezjastici ohrajn. Jibqghu jinghataw anki jekk il-knisja li se jkollha t-twaqqif ta’ parrocca jkollha tkun vakanti ghal xi zmien.

iv) Il-poplu tar-rahal ta’ Hal Luqa u r-rettur li fil-futur ikun hemm ghall-knisja li ghandha tinbena, kemm tul iz-zmien meta Dun Mario jkun ghadu haj, kif ukoll wara l-mewt tieghu qatt ma jkollhom xi pretensjoni li jiehdu bhala taghhom xi haga mir-renti, dhul, beni mobbli u stabbli, u lanqas mill-paramenti, u bzonnijiet ohrajn li jkunu proprjetˆ tal-knisja ta’ Bir Miftuh, jew tal-kappelli jew altari li jkunu maghqudin maghha. Jekk jigri li dawk l-oggetti li qeghdin fil-knisja ta’ Bir Miftuh jew fil-kappelli li hemm maghha jitolbuhom jew jippretenduhom. Imma l-oggetti jibqghu kompletament proprjeta’ ta’ dik il-knisja ta’ Bir Miftuh, u ghalhekk jibqghu fiha.

v) Il-kawza tad-dismembrazzjoni minn Bir Miftuh u tat-twaqqif tal-parrocca l-gdida sejrin igibu l-ispejjez. Ikun hemm spejjez ukoll biex minn Ruma jintbaghtu l-ittri appostolici. Ikun hemm spejjez ohrajn f’Malta sakemm johrog l-ahhar att definittiv li bih il-parrocca tkun twaqqfet. Minn dawn l-ispejjez, l-imsemmi Dun Mario ma jhallas xejn. Kollox jithallas minn dawk ta’ Hal Luqa.

vi) Il-Kappillan li jsir ghal din il-knisja li ghandha tinbena, u kull wiehed mis-successuri tieghu, kull sena, joffru seba’ rbajja’ u nofs lill-Kullegg tas-sacerdoti tal-Gizwiti tal-Belt tad-djocesi ta’ Malta. Din hi n-nofs is-somma li l-imsemmija knisja ta’ Bir Miftuh hi obbligata taghti kull sena bhala ghajnuna ghas-seminarju tat-tfal subien. Ghalhekk, ghalli gej, dak li jkun il-kappillan tal-knisja parrokkjali ta’ Bir Miftuh ihallas biss in-nofs l-iehor ta’ l-offerta. Dan l-obbligu miz-zewg nahat jibda minn dik il-gurnata li fiha l-knisja jew kappella ta’ Hal Luqa tkun giet mghollija ghad-dinjita’ ta’ parrocca u jkun gie moghti lilha l-kappillan li jmexxiha.

vii) Il-legati li huma moghtijin lil dik il-knisja ta’ Bir Miftuh, flimkien mal-quddies u l-obbligi mwaqqfin fiha min-nies ta’ Hal Luqa ghandhom jibqghu f’Bir Miftuh u jibqghu jigu sodisfatti f’dik il-knisja. Ghalhekk, dawn ma ghandhomx jitnehhew minnha biex jigu trasferiti.

viii) L-ewwel frott li kien jinghata minn Hal Luqa jibqa’ jinghata lil Dun Mario sa dik il-gurnata meta l-knisja ta’ Hal Luqa li sejra tinbena jkollha l-kappillan taghha ghax tkun inqatghet f’parrocca ghal rasha. Minn dik il-gurnata tat-twaqqif tal-parrocca ta‘ Hal Luqa, jistghu bi dritt jingabru u jinghataw lill-kappillan ta’ Hal Luqa, u jaghmel uzu minnhom ghall-utilita’ tieghu.

ix) Il-poplu ta’ Hal Luqa u l-kappillan tal-knisja li ghandha tinbena, fil-Hdud u l-festi kmandati l-ohrajn, ma jistghux jiccelebraw quddies jew iqabbdu lil min iqaddes hlief minn dik il-gurnata meta l-kappillan ikun ha l-pussess tal-knisja li ghandha tinbena. Id-drittijiet ikunu skond kif jinghataw u kif jidhru b’mod shih fil-kitbiet li johorgu.

IL-GID LI JOHROG MINN KAPPILLAN FIL-POST

Dawk li qed jaghmlu s-supplika jindirizzaw ruhhom lill-Papa b’dawn il-kelmiet:

“Missier Qaddis, Ahna lill-knisja jew kappella ta’ Sant’ Andrija tar-rahal ta’ Hal Luqa nixtiequha b’herqa li tinqata’ mill-knisja parrokkjali ta’ Bir Miftuh. Nixtiequ li d-dismembrazzjoni jkollha bhala konsegwenza li jkun hawn knisja parrokkjali gdida fir-rahal ta’ Hal Luqa. B’hekk Hal Luqa jkollu l-kappillan tieghu. Dan ikun ta’ farag spiritwali ghal dan ir-rahal. Lill-kappillan jinghatalu bhala dritt l-ewwel frott tar-rahal ta’ Hal Luqa. Hu jiehu wkoll id-dhul incert li jservih ghall-ghajxien tieghu tul iz-zmien li jkollu f’idejh dik il-knisja li ghandha tinbena. Dawn ma jibqghux jinghataw izjed lill-knisja ta’ Bir Miftuh. Ghalhekk, bl-umilta’ kollha, qed titressaq din is-supplika lill-Qdusija Tieghek.

L-imsemmi Kunsill Popolari qed jaghmel din it-talba b’sens ta’ qima lejk, flimkien ma’ Dun Wistin Cassia, qassis Malti. Ahna msahhin bil-weghda li jaghmlulna n-nies ta’ Hal Luqa li hawn bhalissa. Ahna certi li jaghmlu bhalhom dawk li ghad jigu warajhom ‘il quddiem. Huma jizguraw li jaghtu l-ewwel frott u d-diecmi lil din il-knisja jew kappella. Imma huma jistennew li jkollhom il-kura ta’ l-erwieh maqtugha minn dik il-knisja ta’ Bir Miftuh. Din ma jixtequx li jibqa’ jkollha gurisdizzjoni fuqhom. Imma joqoghdu ghal kull patt u ghall-kundizzjonijiet li diga’ ssemmew. B’hekk, Hal Luqa jinqata’ ghal dejjem u jkollu l-parrocca tieghu separata u distinta ghal dawk li jghixu fit-territorju tar-rahal.

Il-knisja parrokkjali jkollha l-fonti tal-maghmudija taghha.

Ikun hemm ic-cimiterju tal-parrocca.

Ikun hemm ukoll dak kollu li qassis li jmexxi parrocca ghandu d-dritt li jkollu.

Il-kappillan li jinghata ghal Hal Luqa jkun joqghod fil-parrocca personalment u lill-parrocca jserviha bil-funzjonijiet divini u billi jiehu hsieb tal-kura spirtwali ta’ dawk kollha li joqoghdu fit-territorju taghha. Hu, ghalhekk, jiehu hsieb ta’ dawk kollha li jkunu jghixu fir-rahal ta’ Hal Luqa u fit-territorju kollu li jkun marbut ma’ dan ir-rahal. Hu jamministralhom is-sagramenti u jaghtihom is-servizzi kollha li wiehed jistenna li jsib f’parrocca. Hu jintrabat bil-pizijiet kollha li parrocca ggib aghha u ma jhallihiex nieqsa mill-bzonnijiet parrokkjali b’mod li l-parruccani kollha jkunu moqdija. Ikun moqdi wkoll id-distrett kollu tar-rahal ta’ Hal Luqa. Dawk li joqoghdu fil-limiti tal-parrocca, kemm ta’ llum kif ukoll dawk taz-zmien li ghad jigi jahsbu biex lill-kappillan jipprovdulu d-dotazzjoni li ghandu jkollu ghall-ghajxien u biex ikun jista’ jaqdi d-dmirijiet tieghu. L-ewwel frott u d-diecmi kollha tar-rahal ta’ Hal Luqa u t-territorju ta’ dan ir-rahal, jibqghu jinghataw kemm issa kif ukoll ‘il quddiem. Dawn jinghataw f’idejn il-kappillan ta’ Hal Luqa malli jiehu l-pussess tal-parrocca. Dawn ikunu marbutin mal-knisja kemm kif tkun malli tinbena, kif ukoll ‘il quddiem. Dak li l-kappillan ikollu dritt ghalih jiehdu hu personalment jew xi hadd jew uhud f’ismu u f’isem il-knisja msemmija ta’ Hal Luqa. Ikun tieghu bis-setgha li jkollu. Ghalhekk, hu jiehu tieghu liberament u jzommu ghal dejjem bil-permess ta’ l-Isqof Djocesan jew ta’ xi hadd iehor minfloku.

L-ittri ufficjali ta’ llum u dawk li ghad jintbaghtu ‘l quddiem, meta jkunu validi u effikaci, ikollhom l-effett shih taghhom. Dak li jinghata jkollu l-qawwa tieghu sakemm ma jkunx hemm xi revokazzjoni jew xi sospensjoni li tillimita jew tnehhi ghal kollox dak li jkun gie moghti, jew jinghataw xi dispozizzjonijiet kontrarji min-naha tal-Qdusija Tieghek jew ta’ xi successur tieghek bhala Papa. Hekk ‘il quddiem xi haga li tkun giet moghtija ma tidhirx li tkun cara f’xi kelmiet jew xi espressjonijiet, jew ikun hemm xi haga li ma tkunx tinftihem tajjeb, id-decizjoni dwarhom tittiehed mill-imhallfin tal-kawzi tal-Palazz Appostoliku bhala awdituri, jew mill-imhallfin li jkunu Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana, jew minn legati jew vici-legati tas-Sede Appostolika, li jaghmluha ta’ mhallfin billi jiddeciedu dwar dak li jkollu jsir ghall-knisja tar-rahal ta’ Hal Luqa. Dan jghodd ukoll f’dak li jinqala’ fiz-zmien li ghad jigi dwar xi haga moghtija lill-kappillan li jkun hemm fir-rahal ta’ Hal Luqa. Il-knisja parrokkjali ta’ Hal Luqa jkollha r-renta mill-kapital li ma jaqbizx 24 dukat. Fl-ewwel zmien tat-twaqqif tal-parrocca, din is-somma ma tinqabizx.

Meta jigi biex issir it-twaqqif, is-somma tinghata lil Dun Wistin. Dan nixtequh bi grazzja specjali, minkejja xi dispozizzjonijiet differenti li jista’ jkun hemm min-naha tal-Qdusija Tieghek. Jinghata kas f’kaz ta’ xi valuri, kif inisbu wkoll f’dikjarazzjonijiet tal-Koncilju tal-Lateran li m’ilux li gie ccelebrat. Il-gabra ta’ dawn id-dispozizzjonijiet flimkien nixtequha li tkun perpetwa, hlief f’dawk il-kazijiet meta jkun hemm xi projbizzjoni fil-Ligi tal-Knisja jew fis-Sinodi Appostolici jew Provincjali, jew fil-Koncilju Universali, jew f’editti specjali jew f’kostituzjonijiet generali, jew f’ordinazzjonijiet ohrajn. Dan ahna qeghdin nipproponuh sakemm ma jkunx hemm dak li jkun kuntrarju ghalih."

29 TA’ NOVEMBRU 1632: IS-SUPPLIKA TINTLAQA’

F’dak iz-zmien meta ntbaghtet din is-supplika, id-djocesi ta’ Malta kienet tinstab fi zmien ta’ niket. L-Isqof Baldassarre Cagliares ma ghaddiex ahjar fil-marda kerha li laqtitu. Mohhu baqa’ mimsus u baqa’ difettuz biex jesprimi ruhu. Il-Papa Urbanu VIII, li kien gie mgharraf b’dik is-sitwazzjoni, ma satax ihalli lil Malta bla raghaj. Zgur li kien mehtieg wiehed ghallanqas provvizorju. It-tama fil-fejqan ta’ l-Isqof kienet zghira; imma ma kien hemm l-ebda hsieb li jitqieghed isqof gdid sakem Cagliares ikun ghadu haj. Ghalhekk, ftit qabel ma ntbaghtet is-supplika dwar il-parrocca ta’ Hal Luqa, il-Papa Urbanu, fis-7 ta’ :unju 1631, baghat f’Malta brevi lill-Inkwizitur Ludovico Serristori, li kien ukoll Delegat Appostoliku, halli tinstab soluzzjoni. Kien mehtieg li jitqieghed wiehed minflok l-Isqof Cagliares. Id-decizjoni tal-Papa kienet li, ghal sitt xhur, id-djocesi tintelaq f’idejn Fra Salvatore Imbroll, qassis Malti li kien prijur tal-Knisja Konventwali ta’ San Gwann. Ghalhekk, dan gie mahtur vigarju tad-djocesi. Imma f’Malta mhux kulhadd qabel ma’ dik id-decizjoni; ghalhekk, provizorjament, l-Inkwizitur Serristori nnifsu ha t-tmexxija tad-djocesi f’idejh. Imma Serristori u Imbroll qatt ma kisruha bejniethom. L-ghajnuna lil ta’ Hal Luqa giethom mis-successur ta’ Serristori. Fit-28 ta’ Dicembru 1631, wasal Malta Inkwizitur gdid li kien

Mons. Martino Alfieri. Dan, minn Dicembru 1631 sa Awissu 1633, kien soprintendent u amministratur tad-djocesi ta’ Malta. Kien ezattament fi zmien l-amministrazzjoni ta’ Alfieri meta minn Hal Luqa ntbaghtet is-supplika li nkiteb dwarha.

Fid-29 ta’ Novembru 1632, il-Kongregazzjoni tal-Koncilju baghtet twegiba favorevoli ghas-supplika. Jekk dan li nkiteb fiha kellu jirrizulta li hu minnu, u jekk il-Papa Urbanu VIII ma kellux juri ruhu kuntrarju, is-supplika kienet sejra tintlaqa’ u tintbaghat lil dak li kellu t-tmexxija tad-djocesi f’idejh. F’dak iz-zmien, id-djocesi kienet ghadha f’idejn l-Inkwizitur Martino Alfieri. Il-Kongregazzjoni msemmija kienet tal-fehma li lir-rahal ta’ Hal Luqa tinghatalu knisja parrokkjali. Dan juri li l-Kongregazzjoni ddecidiet li ddahhal fil-kaz lill-Inkwizitur ta’ Malta, minhabba l-fatt li kien is-soprintendent tad-djocesi. Imma d-decizjoni definittiva ma setghetx tittiehed malajr. L-Isqof Cagliares miet ghal gharrieda fl-4 ta’ Awissu 1633 b’attakk ta’ puplesija. Imma, billi l-isqof il-gdid, li kien se jkun Mons. Mikiel-Gwanni Balaguer, ma sarx minnufih kien se jkun l-istess Inkwizitur Alfieri li baqa’ jghin lil ta’ Hal Luqa sakemm fil-15 ta’ Marzu 1634 hargu minn idejn il-Papa Urbanu l-ittri appostolici ghat-twaqqif tal-parrocca ta’ Hal Luqa. Imma dan hu taghrif li nafuh ghaliex inkiteb tajjeb dwaru minn haddiehor.




P. Alexander Bonnici OFM Conv.
Mehud minn Lehen il-Parrocca Luqa (fuljett parrokkjali) - Lulju 2004


Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: July 2006