IL-PARROCCA TA' HAL LUQA







ARKIVJU TA' GRAJJIET LI JOLQTUNA MILL-QRIB


ATTWALITA' mill-Parrocca ta' Hal Luqa

ATTWALITA' mill-Knisja Lokali












TITHABBAR IL-MEWT TAS-SACERDOT DUN INDRI CAMILLERI

Nhar il-Hamis, 8 ta' Settembru 2016, waslet l-ahbar mill-Awstralja li Dun Indri Camilleri li kien qed jaqdi l-missjoni pastorali tieghu bhala Kappillan tal-parrocca St Clare, f'Thomastown, Victoria Melbourne, miet matul il-lejl.

Dun Indri Camilleri (ta' Panjotta) twieled Hal Luqa u kien socju tas-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) fejn matul iz-zmien li ghamel il-qasam ta' Hal Luqa ghallem hafna tfal ta' kwazi kull eta' it-taghlim nisrani. Niftakru flimkien ma' l-ahwa Camilleri, Magri, Pawlu Farrugia l-prefett, Tuse' Mallia, s-Superjuri Mamo, Schembri u Ganni Saliba. Ma twelidx fir-rikkezzi imma qatt ma tilef dak l-ispirtu ferriehi tieghu. Il-Muzew kien il-vokazzjoni volontarja tieghu imma bhal kull bniedem iehor ried jghix u anke jghin lill-familja tieghu. Niftakru jahdem fil-fabbrika tal-Phoenix fil-Mosta ghal diversi snin.

Meta telaq mill-MUSEUM hadem hafna qrib iz-zghazagh fi hdan il-Luqa Youth Centre sakemm tard fil-hajja tieghu hass il-vokazzjoni li jsir sacerdot salesjan. Minkejja li dak iz-zmien ma kienx hawn hafna taghlim bhalma ghandna llum, ghamel sagrificcji kbar biex ghamel l-istudji tieghu biex isir sacerdot, u l-holma tieghu twettqet meta f'Gunju 1981, Indri Camilleri gie ordnat Sacerdot mill-Arcisqof ta' Malta Mons Giuseppi Mercieca.

Gimgha wara l-festa ta' Sant'Andrija jigifieri fit-12 ta' Lulju, 1981 huwa ccelebra l-ewwel quddiesa solenni tieghu fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa li ghal dik l-okkazjoni kienet baqghet imzejna bl-ilbies tal-festa titulari. Anke l-pjazez tar-rahal kienu ghadhom imzejna bil-bandalori u pavaljuni. Saritlu festa sabieha u gie mwassal mid-dar tal-Kappillan ghall-Knisja mill-Banda Unjoni u mill-Knisja sas-Sala Parrokkjali mill-Banda Sant'Andrija fejn sar ir-riceviment tal-okkazjoni.

Il-hidma sacerdotali tieghu tkompliet fost iz-zghazagh tar-rahal fil-Youth Centre, li issa kien afdat f'idejn is-Salesjani mill-Kappillan Dun Innocent Borg. Meta mietet ommu fl-1990, Dun Indri kien talab li jmur l-Awstralja biex jahdem fost il-Maltin emigrati hemmhekk. Wara li ssetilja fl-Awstralja fl-1994 Dun Indri kien gie inkardinat bhala sacerdot fit-territorju Awstraljan u kien jassisti fil-parrocci ta' St Peter's, Hoppers Crossing ma' Fr. Dom DeGiorgio, Fawkner North, u anke bhala Amministratur ta' Thomastown West fis-sena 2005.

Fis-sena 2006, Dun Indri iccelebra l-Gublew tal-Fidda tas-sacerdozju tieghu. Fil-fatt, fit-30 ta' Gunju 2006, Dun Indri Camilleri inghata l-pussess tal-parrocca ta' St Clare f'Thomastown West, Victoria fl-istat ta' Melbourne minn idejn l-Arcisqof ta' Melbourne, Mons. Denis J. Hart. Fid-diskors li kien ghamel l-Arcisqof Hart, huwa fahhar il-kwalitajiet sbieh ta' Dun Indri Camilleri:
"Father Andrew Camilleri has worked in a number of parishes and now he becomes a Parish Priest. We respect his ability to lead and his generosity in coming to be with you. I pray that you will welcome him, support him in the leadership which he must give in all aspects of parish life – worship, teaching, school, management of parish resources, so that Saint Clare’s will be a place of faith and strong Christian living. I hope that his presence among you will be a constant reminder that God in his wonder goes beyond all that we might hope for and that it is him whom we search to see revealed in the transforming of your hearts. Together with Pope Benedict and his Archbishop, Father Andrew will strive to serve you faithfully and generously. I urge you to welcome him and to remember of course the larger areas of responsibilities which he now has."

Dun Indri qatt ma nesa lil art twelidhu, u kultant zmien kien jigi jzur lill-familjari tieghu f'pajjizna ghal zmien il-festa. Huwa kien ghadu l-Kappillan ta' St Clare's, meta thabbret il-mewt tieghu. Kien il-Vigarju tad-Djocesi ta' Melbourne, Mons. Greg Bennet, li fil-ghodwa tat-8 ta' Settembru, Jum li fieh niffesteggjaw lil Marija Bambina, ta l-ahbar li Dun Indri Camilleri "died during the night at the presbytery. In recent days, Fr Andrew had been very unwell and had been kindly cared for by his staff, friends and parishioners. His death has come as a shock to all of them. Fr Andrew was ordained as a Salesian priest in 1981 at St John's Cathedral, Valletta, Malta."

Il-funeral tieghu ser isir fil-parrocca li taghha kien il-Kappillan sa' l-ahhar nifs ta' hajtu, u fuq talba tieghu stess ser jindifen fl-istess parrocca, kif qal il-Vigarju Mons Greg Bennet:
"We join the people of St Clare's who will mourn the death of their pastor. While we are sad to learn of his unexpected death, we know his desire was always to remain among his people and so it was until the very end. Hear with favour our prayers, which we humbly offer, 0 Lord, for the salvation of the soul of Fr Andrew Camilleri, your servant and priest, that he, who devoted a faithful ministry to your name, May he rest in peace and rise in glory!"

Ahna f'Hal Luqa kellna x-xorti li wiehed minn uliedha li konna nafuh sew, ghamel unur lil Hal Luqa permezz tal-hidma volontarja tieghu fit-taghlim tad-duttrina kattolika fis-socjeta' tal-Muzew, kif ukoll fil-parrocca taghna bhala sacerdot u fl-Awstralja fil-hidma tieghu bhala Kappillan ta' St Clare's f'Thomastown Melbourne.

F'Malta ser issirlu quddiesa b'sufragju ghal ruhu nhar is-Sibt 24 ta' Settembru fis-6.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa. Aghtih O Mulej il-mistrieh ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem, Amen.









Dun Keith Scicluna jinhatar Vici Kappillan tal-Parrocca ta' Kristu Re, f'Rahal Gdid - Awissu 2015.

L-Arcisqof ta' Malta ghogbu jahtar lir-Rev. Dun Keith Scicluna bhala Vici Parroku tal-Parrocca ta' Kristu Re, f'Rahal Gdid b'effett mill-1 t'Ottubru 2015. Dan thabbar nhar is-Sibt 15 t'Awissu 2015 mill-Kappillan Dun Gordon Refalo matul il-quddies kollu. Dun Keith li huwa minn Haz-Zabbar kien inhatar mill-Arcisqof Pawlu Cremona biex jassisti lill-kleru ta' Hal Luqa wara l-mewt tal-W.R. Mons. Innocent Borg. Huwa kien jaqdi d-doveri pastorali tieghu fost il-Luqin sa' mis-7 t'April 2013. Qabel huwa kien serva wkoll bhala Vici Parroku fil-Parrocca ta' Wied il-Ghajn.

Nawgurawlu success fil-hidma pastorali tieghu fil-parrocca fejn gie assenjat.





Sacerdot iehor ghall-parrocca ta' Hal Luqa

Wara li f'dawn l-ahhar gimghat, mill-Parrocca ta' Hal Luqa naqsu s-servizzi pastorali ta' zewg sacerdoti, Mons. Innocenz Borg u r-Rev. Dun Teddy Cumbo li issa jinsabu t-tnejn rikoverati fid-Dar tal-Kleru, Mons Arcisqof Pawlu Cremona ghogbu jibghat sacerdot iehor biex jahdem fil-Parrocca taghna ghax-xhur li gejjin. Huwa Dun Keith Scicluna li ghandu 34 sena u li kien gie ordnat sacerdot fit-3 ta' Lulju 2009, kwazi 4 snin ilu. Hal Luqa tilqa' bil-ferh din l-ahbar u tawguralu hidma fejjieda fl-ghalqa tal-Mulej.

Fil-fatt Dun Keith Scicluna huwa minn Haz-Zabbar u appena qaddes, diga' kellu esperjenza pastorali fil-parrocci ta' Wied il-Ghajn u Rahal Gdid. Issa intbghat jaghti s-servizz pastorali tieghu f'Hal Luqa.

Il-Kappillan Refalo habbar din il-hatra nhar il-Hadd 7 t'April 2013 u Dun Keith diga' beda l-hidma tieghu billi jghin lill-Kappillan Dun Gordon Refalo u lill-Vici Dun Charles Cini fit-tberik tal-familji.

Ta' min ifakkar illi peress li s-sena li ghaddiet ma kienx sar it-tberik minhabba r-rizenja tal-Kappillan Dun Karm Camilleri, issa t-tberik rega beda jsir normali minn din is-sena.






Tithabbar il-mewt tal-W.R. Mons. Innocent Borg

B'niket inhabbru l-mewt tal-W.R. Mons. Innocenzo Borg, li kien Kappillan tal-Parrocca Sant'Andrija ta' Hal Luqa bejn l-1956 sa l-1980.

Mons. Innocenz Borg twieled ir-Rabat Malta minn Giuseppi u Filomena Camilleri fis-16 ta' Dicembru 1921. Missierhu ghalkemm kien Hal Luqi, kien mar jghix ir-Rabat fejn kellu d-dar hemmhekk peress li kien surmast tal-iskola primarja tal-post. Kien ghadu tifel meta l-familja tieghu giet lura f'Hal Luqa. Wara li temm il-kors fl-Universita' Dun Innocenz ha l-quddiesa fil-11 t'Awissu 1946. Beda jghallem is-Seminarju sakemm fl-1952 l-Arcisqof Gonzi hatru bhala Kappillan f'Hal Ghaxaq. Wara sentejn inhatar Kappillan f'Hal Lija u nhar il-Milied ta' l-1956 ha l-pussess bhala l-Kappillan ta' Hal Luqa.

Kif il-bini tal-knisja jibqa' marbut ma' isem il-Kappillan Dun Guzepp Debono, hekk ukoll il-bicca l-kbira ta' l-opri li hija mzejjna bihom il-Knisja Parrokkjali jibqghu marbuta ma' isem il-Kappillan Borg.

Fost l-ohrajn insemmu l-altari godda tar-Ruzarju, ta' l-Agunija, tal-Qalb ta' Gesu' u tat-Twelid. Il-Kor, il-Via Sagra, il-pulptu kif ukoll l-Orgni saru fi zmienhu. Saru wkoll il-kwadri tal-kor mill-pittur Envin Cremona u sitta ohra tal-gnub fil-Kor u l-kappelluni. Bicca xoghol ta' l-istess pittur Cremona u ohrajn ta' Pawlu Camilleri Cauchi.

Opri ohra li saru tul il-parrokat tieghu insibu fost ohrajn ic-centru kattoliku fi Triq id-Dokkiena mibdi mill-Kappillan Debono u li tlesta taht il-Kappillan Borg. Dan ic-Centru gie inawgurat mill-E.T. Mons Arcisqof Mikiel Gonzi f'Dicembru 1958.

Kien tul il-parrokat ta' Dun Innocenz li saret l-aqwa bidla kbira li talab il-Koncilju Vatikan II fil-Liturgija, specjalment fil-quddiesa li mil-Latin inqalbet ghall-Malti u specjalment fil-kant. Min ma jiftakarx lill-Kappillan Borg jispjega qabel il-quddiesa permezz ta' kotba li tqassmu apposta mis-socjeta' tal-MUSEUM, is-sinifikat tal-liturgija l-gdida li fissret li sacerdot flok iqaddes dahru lejn in-nies, beda jqaddes wiccu lejn in-nies u minflok ma' t-talb kollu jsir bil-Latin fejn hadd ma kien jifhem xejn, beda jsir bil-lingwa taghna - il-Malti; li nistghu ukoll infahhru lil Alla permezz tal-Kant waqt il-quddies. Il-Kappillan Borg tant kien jemmen f'dan, li wara t-taghlim kollu li hareg mill-Koncilju Vatikan II dwar il-partecipazzjoni attiva ta' l-insara kattolici fit-talb u fil-kant waqt il-quddies, li ried li fil-parrocca tieghu ta' Hal Luqa, ikollna kor tal-parrocca biex imexxi l-kant waqt funzjonijiet religjuzi. Huwa hadem bis-shih sakemm ra t-twaqqif tal-Kor Parrokkjali Excelsior, li tieghu wiehed jista' jghid li hu kien il-fundatur. Dan il-Kor ghadu maghna sal-gurnata tal-lum.

Min ma jiftakarx il-lezzjonijiet tal-katekizmu li l-kappillani kienu jaghmlu kull nhar ta' Hadd fit-3.00 p.m. sat-3.30 p.m. fil-Knejjes parrokkjali ghal kulhadd. Il-Kappillan Dun Innocenz dan id-dover kien jaqdieh ukoll.

Fi zmienhu wkoll saret is-sistema gdida ta' dawl elettriku u moderna tal-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa li giet iddisinjata mill-Inginier Joseph Azzopardi.

Wara wiehed u ghoxrin sena ta' hidma pastorali f'Hal Luqa fejn ra t-taqlib kollu li gab mieghu il-Koncilju Ekumeniku Vatikan II, flimkien mat-taqlib socjali li kien hawn f'pajjizna matul dawn is-snin, f'Mejju 1980, il-kappillan Borg inhatar Monsinjur tal-Kattidral tal-Imdina u hekk halla t-tregija tal-parrocca f'idejn is-successur tieghu il-Kappillan zaghzugh Dun Kalcidon Vassallo. Fix-xoghol gdid tighu bhala Monsinjur huwa kellu wkoll l-inkarigu fl-Ufficcju taz-Zwigijiet fil-Kurja Arciveskovili, kif ukoll fil-Kapitolu tal-Katidral.

Fl-2006 Mons Borg iccelebra s-60 anniversarju mis-sacerdozju tieghu, waqt li baqa' jaghti s-servizzi tieghu fil-parrocca ta' Hal Luqa sa' ftit qabel il-mewt tieghu meta kellu jirtira fid-Dar tal-Kleru minhabba li ma felahx iktar jimxi.

F'diskors li kien ghamel il-mibki u qatt minsi Dun Guzepp Micallef fi tmiem il-parrokat ta' Dun Innocenz Borg, fl-1980, fost l-ohrajn kien qal hekk:
"Erbgha u ghoxrin sena huma terz ta' hajja ta' bniedem. Mhux biss tana terz minn hajtu imma tana wkoll l-isbah snin ta' hajtu. Kieku tul il-parrokat tieghu kellu biss iwettaq dawk il-hidmiet li l-kappillan jaghmel is-soltu ukoll ikun ghamel izzejjed. Hu izda ried jara x'jaghmel biex ighammar u jzejjen il-Knisja li kien ghadu kif intemm il-bini taghha. Kellu wkoll ihabbat wiccu ma' zmien ta' hafna tibdil f'kull sens tal-kelma. Jekk inharsu madwarna illum naraw il-knisja mghammra b'dak kollu li tenhtieg. Kull ma naraw sar matul il-parrokat tal-Kappillan Borg. Il-pulptu, il-kor, hafna mill-altari, l-orgni, il-kwadri tal-pittura, kollha saru f'dawn l-24 sena. Jien fil-ktieb tieghi ghedt li dawn l-opri kollha fis-snin li gejjin jibqghu marbuta ma' isem il-Kappillan Borg. Ahna naraw l-opri lesti u ninsew jew forsi l-inqas tigina f'mohhna kemm xoghol trid biex twettaq opra, kemm hin trid tahli biex tigbor il-flus mehtiega.

Semmejt dak li ghamel il-Kappillan Borg f'dak li huwa materjali. F'dak li huwa spiritwali rridu niftakru illi meta l-Kappillan gie fir-rahal, il-quddiesa, is-sagramenti, ic-cerimonji kollha tal-Knisja kienu kollha bil-latin. Il-Koncilju Vatikan II gab hafna tibdil. Illum nuzaw il-Malti ... hadna sehem f'din il-quddiesa u fhimna kollox ghax kollox sar b'ilsienna. Kien il-Kappillan Innocenz Borg li dahhal il-liturgija l-gdida fil-parrocca taghna u llum kulhadd qed jiehu parti fiha. Ghalhekk Dun Innocenz Borg jista' jitqies bhala l-Kappillan tar-riforma l-kbira tal-Koncilju Vatikan II."

Fi tmiem il-parrokkat tieghu Mons Borg kien baqa' jghix f'Hal Luqa u kompla jaghti s-servizz pastorali tieghu fil-parrocca taghna anke meta fl-ahhar zminijiet kien ikun batut hafna biex jimxi.

Fis-sena 2006, Mons Borg kien iccelebra s-60 Anniversarju tas-sacerdozju tieghu. Kienet saret quddiesa ta' radd il-hajr lil Alla talli ghogbu jaghtih il-grazzja kbira li jiccelebra dan l-anniversarju hekk sabieh: 60 sena ta' servizz pastorali fl-ghalqa tal-Mulej. Okkazjoni rari hafna li tiltaqa' maghha. Ghalhekk, migbura lkoll flimkien mal-Luqin u numru sabieh ta' sacerdoti ohra flimkien mal-Kapitlu tal-Kattidral u l-kleru ta' Hal Luqa, fit-tempju t'Alla iddedikat lill-ewwel appostlu Sant'Andrija, ikkoncelebra din il-quddiesa ta' ringrazzjament lil Alla.

F'diskors li ghamel fl-Omelija b'dedika ghal Mons. Borg, il-Mons. Lawrenz Mifsud irrakkonta l-hajja sacerdotali ta' Mons Borg u l-hidma tieghu kemm bhala sacerdot, bhala Kappillan kif ukoll bhala amministratur fl-Ufficcju taz-Zwigijiet fil-Kurja tal-Arcisqof.

"Xi minn daqqiet il-bniedem jieqaf biex jiccelebra, l-ghaxar, il-hamsa u ghoxrin, l-erbghin u xi whud jilhqu l-hamsin anniversarju wkoll. Rari hafna jkunu dawk l-individvi li jiccelebraw is-60 sena ta` xi avveniment partikolari.Hekk gralu habibna l-Monsinjur u ghalhekk ghandna ghax nifirhu ...".

"Kien ghalhekk bhala gest ta`apprezzament u li ta`min ifahhru li l-knisja baqghet imlibbsa bil-libsa tal-festa ghall okkazjoni ta`dan l-avveniment hekk importanti.

Bhala rikonoxximent ghall hidma sfiqa li kien wettaq sa dakinhar fl-1980, l-Arcisqof, gholla lill Dun Innocenz ghad dinjita` ta` Monsinjur tal-Kattidral, u ghal zmien twil insibuh fdat b`responsabiltajiet mhux zghar fosthom, kap tal-ufficcju taz-zwigijiet, kancellier u amministratur tal-kattidral."


Wara l-quddiesa, ghamel kelmtejn tal-okkazjoni l-Kappillan ta' Hal Luqa Dun Karm Camilleri u f`isem il-Parrocca ipprezenta lil Mons. Borg rigal ta` tifkira. Ghal dan il-gest, Mons. Borg irreciproka billi rringrazzja lil dawk kollha li kienu qrib tieghu fdin il-mixja twila tieghu, Il-genituri, familjari, shabu sacerdoti, u mhux l-inqas lil Hal Luqin u lil Sant'Andrija li dejjem kienu hemm meta kellu bzonn l-ghajnuna morali u spiritwali taghhom.

"Grazzi Mulej taz-zmien kollu li inti ghogbok tislef lil Mons Innocenz Borg, u tal-grazzji kbar li inti ferrixt fuqu u fuq il-hidma pastorali tieghu ta' 67 sena sacerdot qaddej tieghek. Ghax emmen u fada’ ruhu fiK wasal, wettaqhom u hareg bl-unuri, issa jinsab lura f`idejk Missier Etern, biex jiehu l-glorja li hemm lesta ghal dawk li jservuk, ghal dawk li jhobbuk, ghal maghzulin tieghek kollha. Ahna nafdaw ir-ruh tieghu lilek u issa jistrieh fis-sliem. Amen."

Il-Parrocca ta' Hal Luqa tirringrazzjak ghas-servizz li tajt u ghal dak kollu li inti ghamilt ma' generazzjonijiet kbar u zghar ta' Hal Luqin.

Dettalji tal-funeral tieghu li ser isir nhar it-Tlieta 16 t'April huma dawn:

08.30 am - It-tebut tieghu jitlaq mill-Kamra Mortwarja tal-Isptar Mater Dei fi triqtu lejn il-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar fejn ser ikun esport ghal ftit hin ghal qima tal-pubbliku.
09.00 am - Mill-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar jibda Korteo funebri lejn il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa.
09.30 am - Tibda Quddiesa praesente cadaver koncelebrata minn diversi sacerdoti.
Wara l-quddiesa ssir id-difna privata fic-Cimiterju tal-parrocca ta' Hal Luqa.


Il-FUNERAL ta' Mons. Innocenzo Borg sar nhar it-Tlieta, 16 t'April meta fit-8.30 a.m. it-tebut tieghu twassal sal-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar fi Triq il-Karmnu fejn inzamm hemm sad-9.00 a.m., meta korteo funebri li telaq mill-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa u li kien jikkonsisti fil-kleru ta' Hal Luqa u l-Kapitolu tal-Kattidral immexxija minn Mons. Anton Gouder wasal fejn il-Kappella tal-Ftajjar u minn hemm bdiet il-mixja funebri lejn il-Knisja Parrokkjali akkumpanjat mit-talb tal-kleru.

Fid-9.30 a.m. bdiet quddiesa praesente cadavere, kkoncelebrata u mmexxija mill-Pro Vigarju Generali Mons Anton Gouder u assistit mill-Kappillan Gordon Refalo u mill-Vici Dun Charles Cini. Ikkoncelebraw ukoll il-Kapitolu tal-Katidral, is-sacerdoti Luqin fosthom Patri Timotju Azzopardi, O.Carm., Dun Rene' Camilleri, Dun Martin Micallef, Kan. Albert Schembri, Dun Robin Camilleri, ex Kappillani ta' Hal Luqa: Dun Kalcidon Vassallo u Dun Alfred Vella, vicijiet li hadmu fil-parrocca ta' Hal Luqa: Dun Raymond Cassar, Dun Norman Zammit, Dun David Farrugia, Dun Keith Scicluna, Dun France Abdilla li kien ukoll Amministratur Parrokkjali tal-Parrocca ta' Hal Luqa, l-Arcipriet Anton Cassar u Patri Joe Abela, OFM. L-Arcisqof ta' Malta Mons Pawl Cremona kif ukoll l-Arcisqof Emeritus Mons Giuseppi Mercieca assistew ukoll ghal din il-koncelebrazzjoni.

L-Omelija funebri ghamilha l-Kappillan ta' Hal Luqa Dun Gordon Refalo, li fiha huwa fakkar il-hidma tal-Monsinjur matul iz-zmien li huwa kien Kappillan ta' Hal Luqa kif ukoll wara li spicca minn Kappillan huwa kompla jaghti s-servizzi pastorali tieghu lill-parrocca li tant habb u li ghex fiha sa' ftit granet qabel halla din id-dinja.

Lejn tmiem il-quddiesa, l-Arcisqof ta' Malta Mons Pawl Cremona mexxa t-talba funebri tal-mejtin u bierek u ncensa t-tebut filwaqt li rrakkomandah ghal hniena tal-Mulej biex igawdi l-hena ta' dejjem.



Ghall-funeral ippartecipaw ukoll diversi ghaqdiet religjuzi u civili flimkien mas-socjetajiet muzikali ta' Hal Luqa: l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u s-Socjeta' Filarmonica l-Unione bl-istandardi taghhom.

Aghtih O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem id-dawl ta' dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem. AMEN.

Ringrazzjament ghar-ritratti: www.luqaparish.com




Il-Parrocca ta' Hal Luqa titlef is-servizzi pastorali ta' zewg sacerdoti Luqin

Huwa ta' dispjacir kbir li smajna li zewg sacerdoti Luqin mhumiex ser ikomplu jaghtu s-servizz pastorali taghhom fil-parrocca ta' Hal Luqa. L-ewwel sacerdot huwa l-Monsinjur Innocenz Borg li wara li ghamel zmien twil bhala Kappillan ta' Hal Luqa, kien baqa' jaghti s-servizzi pastorali tieghu lill-parrocca taghna. Anke meta kien batut hafna kien baqa' jaghti s-sehem tieghu lill-parrocca bil-quddiesa ta' kuljum kif ukoll kien iservi fil-Konkattidral ta' San Gwann fejn hemmhekk kien qed iservi bhala Monsinjur tal-Kattidral. Minn Frar 2013, Mons Borg kellu jirtira f'dar tal-anzjani minhabba problemi ta' sahha.

Lejn tmien Frar, hadna l-ahbar kerha li Dun Teddy Cumbo wkoll kellu problemi kbar ta' sahha u kellu jigi rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Dun Teddy kien ghamel zmien iservi lill-parrocca taghna kif ukoll kien Vici Kappillan fil-Parrocca ta' Lourdes f'Rahal Gdid qabel ma mar l-Awstralja jaghmel hidma pastorali hemmhekk. Meta irritorna lura Malta kompla jservi lir-rahal taghna u jaghti s-servizzi pastorali tieghu fil-hidma tal-parrocca.

Lil Mons. Borg nawgurawlu s-serhan li jixraqlu fl-eta' venerabbli tieghu, fil-waqt li nawguraw fejqan ta' malajr lil Dun Teddy u niftakru fihom it-tnejn fit-talb taghna.


Il-Kanonku Dun Karm Zammit: 1932 - 2012

Nhar l-Erbgha 22 ta’ Awissu 2012 ghal habta tal-5.00 p.m., il-Parrocca ta’ Hal Luqa tilfet wiehed mis-sacerdoti habrieka u benefatturi taghha. Il-Kanonku Dun Karm Zammit miet fl-eta’ ta’ 80 sena.

Dun Karm twieled Hal Luqa fl-4 ta’ Marzu 1932, minn Giuseppi u Rozina nee Caruana. Huwa ha l-edukazzjoni tieghu fl-Iskola primarja ta’ Hal Luqa u wara fil-Liceo tal-Hamrun. Huwa attenda l-Universita’ ta’ Malta u fl-1957 iggradwa B.A. fl-istorja ta’ Malta u fil-Filosofija. Fis-sena 1960 huwa ggradwa Lic.D fit-Teologija.

Huwa gie ordnat sacerdot minn Mons Arcisqof Mikiel Gonzi nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu 1959. Il-‘Prima Messa’ solenni tieghu giet iccelebrata fil-Parrocca ta’ Sant’Andrija f’Hal Luqa nhar il-Hadd 5 t’April 1959.

Huwa serva ghal ftit snin bhala Vici Parroku fil-Parrocca ta’ Stella Maris tas-Sliema u fis-sena 1961 beda jghallem il-Latin, il-Malti u r-Religjon fis-Seminarju tal-Arcisqof sas-sena 1993. Mill-1993 sas-sena 2001 huwa serva bhala Assistant fl-Ufficcju taz-Zwigijiet fil-Kurja Arciveskovili. Fis-7 ta’ Dicembru 1993 huwa inhatar bhala Kanonku tal-Knisja Kolleggjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-belt Valletta.

Fil-Parrocca ta’ Hal Luqa huwa serva bhala Prokuratur tal-Knisja ghal xi zmien u minn wara l-mewt taz-zewg sacerdoti ahwa Agius fl-1966, Dun Karm Zammit kellu jidhol ghal inkarigi li hallew warajhom dawn iz-zewg sacerdoti habrieka: Dun Karm inghata l-inkarigu tal-Legati fejn baqa’ jiehu hsiebhom sal-2007; inhatar Assistant Ekklesjastiku tal-Azzjoni Kattolika tal-irgiel u tan-nisa kif ukoll Direttur tad-Duttrina tat-tfal bniet, Dan biex ma nsemmux ukoll il-hin twil li kien iqatta' fil-qrar nhar ta' Sibt wara nofsinnhar, tqarbin tal-morda u hidma pastorali simili. Ghamel zmien ukoll responsabbli mill-Youth Centre qabel dan kien ghadda f'idejn is-Salesjani.

Huwa kien ukoll Prokuratur Delegat tal-Festa tal-Gimgha l-Kbira f’Hal Luqa bejn l-1990 u l-2001. Fl-1997 Dun Karm kien hareg l-ispejjez biex saret il-vara l-gdida tad-Duluri mahduma minn Renzo Gauci. Dun Karm kien ukoll prokuratur tal-Fratellanza tar-Ruzarju.

Il-hidma tieghu ma kienetx tieqaf hemm. L-interess tieghu fl-istorja u l-patrimonju ta’ Hal Luqa ghenuh biex jippubblika kotba dwar Hal Luqa fuq il-passi ta’ dak li kien wettaq il-mibki u qatt minsi Dun Guzepp Micallef. Insibu kotba bhal m'huma: 'Storja Luqija' fis-sena 2000, 'Gwida Storika u Artistika tal-Knisja ta' Hal Luqa', '350 Sena parrocca ta' Hal Luqa 1634-1984'; pubblikazzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliz dwar il-Processjoni tal-Gimgha l-Kbira f’Hal Luqa u anke Grammatika tal-Malti 'Kelmet Ommi'. Dun Karm kien ukoll Chairman tal-Bord Editorjali responsabbli mill-pubblikazzjoni ta’ kull xahar ‘Lehen il-Parrocca Luqa’ ghal iktar minn 30 sena.

Il-Kanonku Dun Karm Zammit dejjem ta li setgha ghall-parrocca li fiha dam hafna jservi sakemm sahtu ippermettietlu. Fil-fatt l-ahhar okkazjonijiet li serva fil-parrocca kienu l-Festa ta’ Sant Andrija tas-sena 2007 fejn kien akkumpanja fit-transulazzjoni u l-processjoni tal-festa, u iktar tard waqt zjara li l-Arcisqof il-gdid Mons Pawlu Cremona, O.P. kien ghamel f’Hal Luqa f’Novembru 2007.

Dawn l-ahhar erba’ snin huwa kien rikoverat fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara peress li sahtu bidet sejra lura. Din is-sena il-Kunsill Lokali ta’ Hal Luqa ghogbu jonora lil Dun Karm Zammit bl-unur ‘Gieh Hal Luqa’ ghall-kontribut siewi li huwa ta b’risq il-komunita’ ta’ Hal Luqa. Matul is-soggorn tieghu fid-Dar tal-Kleru kien ikollu zjarat mill-Kappillani tal-Parrocca fosthom Mons Innocenz Borg, Dun Karm Camilleri kif ukoll minn membri ohra tal-Kleru u anke Hal Luqin.

L-ahhar tislima lil Dun Karm Zammit inghatatlu nhar il-Gimgha 24 t'Awissu 2012 fejn matul il-jum il-katavru tieghu gie espost fil-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar ghall-qima tal-pubbliku. Fit-3.15 pm beda l-korteo funebri akkumpanjat minn ghaqdiet lokali u l-Kleru tal-Parrocca mill-Kappella ghall-Knisja Parrokkjali fejn wara tqaddset quddiesa presente cadavere mmexxija mill-E.T. Mons Arcisqof Joseph Spiteri, assistit mill-Kappillan ta' Hal Luqa Dun Gordon Refalo, l-Pro Vigarju Generali Mons Anton Gouder, il-Vici Parroku Dun Charles Cini u r-Rettur tas-Seminarju Fr Jimmy Bonnici.

Ippartecipaw fil-koncelebrazzjoni diversi kappillani ta’ Hal Luqa li hadmu mill-qrib ma’ Dun Karm, fosthom Mons Innocenz Borg, Dun Kalcidon Vassallo, Dun Alfred Vella, Dun Karm Camilleri, sacerdoti Luqin bhal Dun Teddy Cumbo, Dun Rene’ Camilleri, Dun Albert Scehmbri, Patri Timotju Azzopardi, O.Carm., Dun Martin Micallef u diversi sacerdoti ohra li hadmu mill-qrib mieghu.

Attenda wkoll l-Arcisqof Emeritus Mons Guzeppi Mercieca li assista ghall-funzjoni religjuza kif ukoll l-E.T. Mons. Arcisqof Pawlu Cremona O.P., li mexxa t-talba tal-ahhar ghall-mejtin, qabel ma’ t-tebut ittiehed ghad-difna fic-cimiterju tal-parrocca.

Ta’ min isemmi li Dun Karm Zammit kien l-ahhar sacerdot Hal Luqi tal-generazzjoni tieghu li gie ordnat sacerdot fl-1959. Kellhom jghaddu 18-il sena biex rega’ kellna generazzjoni gdida ta’ sacerdoti Luqin - l-ewwel wiehed ikun Dun Teddy Cumbo (1977), Dun Rene’ Camilleri (1979), is-salesjan Dun Indri Camilleri (1981), Dun Joseph Spiteri (1984), Dun Martin Micallef (1996), Dun Albert Schembri (2001).

Aghtih O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem, Amen.

Hajr:
Storja Luqija - Dun K. Zammit
Website: Parrocca Sant'Andrija Luqa



Is-Sacerdot novell Fr. Robin Camilleri jqaddes il-Prima Messa tieghu fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa

Ir-Rev. Dun Robin Camilleri minn Hal Farrug li jaghmel mal-parrocca ta’ Hal Luqa gie ordnat sacerdot mill-E.T. Mons Arcisqof Pawlu Cremona, O.P. nhar id-29 ta’ Gunju 2012 festa tal-Appostli San Pietru u San Pawl, fil-Konkattidral ta’ San Gwann il-Belt Valletta. Huwa kien wiehed fost disa’ sacerdoti godda (7 djocesani u 2 religjuzi).

Is-Sacerdoti l-godda huma:

Fr. Dillon Bugeja mill-Parrocca ta’ Santa Katarina, Zurrieq
Fr. Mark Cachia, Gizwita
Fr. Robin Camilleri mill-Parrocca ta’ Sant’ Andrija, Hal Luqa
Fr. Roderick Camilleri mill-Parrocca tal-Madonna tal-Grazzja, Haz-Zabbar
Fr. Mario Dimech mill-Parrocca ta’ San Nikola, is-Siggiewi
Fr. Anthony Paul Fitzpatrick mill-Parrocca ta’ Sta. Marija ta’ Fatima, Gwardamanga
Fr. George Schembri mill-Parrocca ta’ San Gorg, Hal Qormi
Fr. Walter Vassallo mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri
Fr. Michael Zammit mill-Parrocca ta’ Sant’ Elena, Birkirkara.

Fr. Robin qaddes l-ewwel prima messa tieghu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju 2012 fis-6.00 p.m. Il-Banda Sant Andrija laqghetu mis-sede tal-MUSEUM ta’ Hal Luqa fi Triq ir-Rixtellu u beda korteo lejn il-Knisja Parrokkjali li ghadda minn Triq ir-Rixtellu, Triq San Pawl, quddiem il-Kazin tal-Banda fejn gie milqugh u inghata rigal ta’ tifkira ghal din l-okkazzjoni sabieha, u wasslitu sal-Knisja Parrokkjali. Wara bdiet il-quddies ta’ radd il-hajr ‘l Alla. Dun Robin kien assistit mill-Kappillan Dun Gordon Refalo u r-Rettur tas-Seminarju Fr Jimmy Bonnici. Il-Panigierku tal-okkazzjoni ghamlu Dun Norman Zammit, Kappillan ta’ l-Imsida u li qabel kien vici parroku fil-Parrocca ta’ Hal Luqa. Bhala Parrini tieghu Fr Robin kellu lill-ex Kappillan ta' Hal Luqa ir-Rev. Dun Karm Camilleri u lil ohtu stess.

Malli ntemmet il-Quddiesa il-Banda Unjoni laqghet lil Fr Robin u s-sacerdoti kollha li assistew ghall-quddiesa u miz-Zuntier tal-Knisja wasslitu sas-Sala tac-Centru Parrokkjali f’Dokkiena Street fejn sar riceviment tal-okkazjoni.

Hajr: Website Parrocca Sant'Andrija - Luqa


Jinghata l-Pussess tal-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa

Il-Quddiesa tal-Pussess tal-Kappillan il-gdid ta' Hal Luqa saret nhar l-Erbgha 20 ta' Gunju 2012 u li ghaliha attenda l-ET Mons Arcisqof Pawlu Cremona, O.P.

Ir-Rev. Dun Gordon Refalo, ex Kappillan tal-Parrocca tas-Swatar, inhatar mill-Arcisqof Cremona bhala kappillan tal-Parrocca ta’ Sant'Andrija, f'Hal Luqa nhar is-Sibt 21 ta' April 2012.

Ghal din il-quddiesa kienu prezenti diversi sacerdoti, ex kappillani u anki l-ghaqdiet religjuzi u civici ta' Hal Luqa. Ic-Cerimonja bdiet bil-wasla ta' Mons Arcisqof fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa fejn intlaqa' mill-Vici Kappillan Dun Charles Cini. L-Amministratur Parrokkjali Dun France Abdilla li kien qed jagixxi bhala Kappillan 'pro tempore', fil-bidu tal-quddiesa qara d-digriet tal-Kurja Arciveskovili li permezz tieghu ir-Rev. Dun Gordon Refalo inhatar bhala Kappillan tal-Parrocca ta' Sant'Andrija ta' Hal Luqa.

Wara li ha s-soliti guramenti li jamministra l-beni kollha tal-Knisja Parrokkjali u tal-ubbidjenza lejn l-Arcisqof ta' Malta, Dun Gordon inghata l-pussess tal-Knisja permezz ta' muftieh simboliku mic-Cerimonjier tal-Arcisqof, Dun Norrie Bonavia.

Wara l-Omelija tal-Arcisqof, bdiet ic-cerimonja tal-pussess, billi:

(i) il-Kappillan il-gdid, dejjem akkumpanjat mill-parrini tieghu (iz-zewg Presidenti tal-Kazini tal-Banda), tela' fuq l-Ambone biex jaqra silta mill-bibbja b'turija li dmirhu huwa li jghallem u jwassal il-kelma t'Alla lill-poplu;
(ii) fetah it-tabernaklu bhala turija li huwa obbligu tieghu li jamministra s-sagrament tal-Ewkaristija,
(iii) dahal fil-konfessjonarju, bhala simbolu li huwa ghandhu d-dmir li jamministra s-sagrament tar-rikonciljazzjoni tal-bniedem ma' Alla,
(iv) incensa l-battisterju bhala sinjal li huwa wkoll dmir tieghu li jamministra l-Maghmudija lil dawk kollha li lesti jimxu wara Gesu' Kristu u t-taghlim tal-Knisja Kattolika mwaqqfa minn Sidna Gesu' Kristu, u
(v) l-iktar haga mistennija min-nies hija meta gibed il-habel imzejjen bil-liedna biex idoqq il-qanpiena l-kbira sabiex isejjah lill-poplu t'Alla ghas-servizzi religjuzi u ghac-celebrazzjonijiet ewkaristici tal-Knisja Kattolika.

Bhala parrini tal-okkazjoni, il-Kappillan il-gdid ghazel liz-zewg presidenti tal-Kazini tal-Banda, is-sur Charles Attard u l-Avukat Noel Camilleri. Fi tmiem ic-celebrazzjoni sar diskors mic-Chairman tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u inghata tifkira tal-okkazjoni.



Wara l-quddiesa, iz-zewg baned tar-rahal 'Sant'Andrija' u 'l-Unjoni' wasslu lill-Kappillan Refalo u lil mistednin distinti li attendew ghal dan il-pussess, sas-sala tac-Centru Parrokkjali fejn sar riceviment tal-okkazjoni u li ghalih kien mistiedna l-Hal Luqin kollha.

Hajr: Website Parrocca Sant'Andrija - Luqa


Jinhatar bhala Kappillan tal-Parrocca ta' Hal Luqa

ANNUNZIO VOBIS GAUDIUM MAGNUM: ABEMUS PARROCUS.

Ir-Rev. Dun Gordon Refalo ghadu kif inhatar mill-E.T. Mons. Arcisqof Pawlu Cremona bhala kappillan tal-Parrocca ta’ Sant'Andrija, f'Hal Luqa. Dan thabbar fi stqarrija mahruga mill-Kurja ta' l-Arcisqof nhar is-Sibt 21 ta' April 2012.

Dun Gordon twieled Tas-Sliema fit-30 ta' Novembru 1961, ezatt fil-jum li fih Hal Luqa ticcelebra l-festa liturgika tal-patrun taghha Sant'Andrija Appostlu. Huwa rcieva l-edukazzjoni tieghu ghand is-Sorijiet ta’ St Joseph u fil-Kullegg San Alwigi, Birkirkara. Fl-1984 dahal is-Seminarju tal-Arcisqof u gie ordnat sacerdot fl-1991.

Dun Gordon kien vici-kappillan fil-parrocca tal-Hamrun (San Gejtanu), wettaq hidma pastorali fil-parrocca tan-Naxxar u kien kappillan fil-parrocci ta' Santa Lucija, Ibrag u Swatar fejn ilu jservi ghal dawn l-ahhar seba’ snin. Huwa wkoll direttur spiritwali f’St. Martin’s College, is-Swatar. Bhalissa Dun Gordon Refalo huwa l-president tal-Kullegg tal-Kappillani.

Il-parrocca ta’ Hal Luqa tigbor fiha madwar 5,600 persuna f’1500 familja.

Il-programm tat-tberik tad-djar f'Hal Luqa li soltu kien isir wara l-Festa tal-Ghid il-Kbir, u li kien gie avzat fuq il-fuljett parrokkjali, issa gie pospost ghal dati li jithabbru iktar tard, sabiex jinghata cans lill-Kappillan il-gdid biex ikun jaf iktar mill-qrib lill-familji tal-parrocca ta' Hal Luqa.



Jinhatar Amministratur Temporanju ghall-Parrocca ta' Hal Luqa

Wara r-rizenja tal-Kappillan Dun Karm Camilleri, l-Arcisqof ta' Malta nnomina lil Dun France Abdilla, li huwa minn Hal Kirkop bhala Amministratur Parrokkjali tal-Parrocca ta' Hal Luqa sakemm jinhatar Kappillan gdid.

Dun Frans Abdilla fis-sena 2010 kien nominat minn Mons Arcisqof bhala d-Delegat tieghu ghall-Kleru u Membri tal-Istituti ta' Hajja Kkonsagrata. Fr Abdilla twieled fid-29 t'Ottubru 1956. Huwa sar sacerdot fl-Imnarja tas-sena 1984. Wara li beda l-hidma pastorali tieghu fil-parrocca ta' Haz-Zebbug.

Fis-sena 1990 huwa nhatar bhala Direttur Spiritwali fl-iskejjel u fl-2006 inhatar bhala Direttur Spiritwali tal-Junior College fl-Imsida, post li ironikament intela' mill-Vici Parroku li kellna Dun David Farrugia.




Il-Kappillan Dun Karm Camilleri jhabbar it-tmiem tal-parrokat tieghu fil-parrocca ta' Hal Luqa.

Il-W.R. Kappillan Dun Karm Camilleri fi tmiem is-sena li ghaddiet 2011, habbar illi kien ser itemm il-parrokat tieghu bhala Kappillan ta' Hal Luqa fil-bidu tas-sena l-gdida.

Il-Kappillan Dun Karm Camilleri kien ilu kappillan ta' Hal Luqa minn Ottubru tas-sena 2003, wara l-mewt accidentali tal-predecessur tieghu Dun Joe camilleri li kien miet f'Gunju tal-istess sena.

Ghadu ma thabbarx min ser ikun is-successur tieghu. Fil-Fuljett Lehen il-Parrocca Luqa ta' Frar 2012, il-Kappillan Camilleri irringrazzja lill-kollaboraturi tieghu li hadmu mieghu matul is-snin li huwa ghamel fil-parrocca. L-ikbar monument li ser ihalli Dun Karm camilleri minbarra diversi opri li saru fil-Knisja bla dubju ser tkun il-koppla maestuza impittra mill-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi li hija kapulavur tal-arti dwar l-appostlu Sant'Andrija. Dan biex ma nsemmux ukoll il-manutenzjoni kbira li wettaq biex il-Knisja Parrokkjali tibqa' fi stat tajjeb ghal zmien twil iehor. Kellha bzonn dawra kbira f'dik li hija manutenzjoni u riparazzjoni u l-Kappillan Camilleri irnexxielu jlesti l-invjar li kien beda l-Kappillan Joe Camilleri u jdur anke barra l-koppla tal-Knisja, anki l-Kor li x-xoghol fuqu ghadu ghaddej.

Disgrazzjatament kien hemm xi ftit ilsna li allegaw illi Dun Karm Camilleri gie mnehhi mill-parrocca ta' Hal Luqa. Dan assolutament mhux minnhu. Anzi hija l-policy tal-Kurja illi tbiddel Kappillani kull tant snin biex l-esperjenza li jkunu akkwistaw f'parrocca jaqsmuha f'ohra li jkollha bzonnhom. Hekk kien gara fil-kaz ta' Dun Kalcidon Vassallo li kien Kappillan tal-Imgarr u nbaghat Hal Luqa, minkejja l-protesti tal-Imgarrin li kienu jhobbuh hafna. Il-gid li ghamel tul il-parrokat tieghu f'Hal Luqa kien jizboq dak li ghamel fl-Imgarr, allavolja l-gid li jaghmel sacerdot ma jitkejjilx bic-cifri imma bil-pastorali li jkun ghamel.

Il-poplu ta' Hal Luqa ghandhu jkollu rispett kbir lejn il-Kappillan Dun Karm Camilleri ghax-xoghol kbir li wettaq matul it-8 snin ta' parrokat tieghu. It-tmexxija tieghu ghenet biex certu xoghol li kieku kien ser jiswa lill-parrocca eluf ta' euros, sar b'volontarjat jew inkella b'ghotja mill-qalb ta' hafna benefatturi tal-Knisja. Ta' dan il-Parrocca kollha troddlu hajr u tirringrazzjah tas-servizz pastorali tieghu fil-parrocca.





ITEMM IL-HATRA TIEGHU BHALA KAPPILLAN TAL-PARROCCA TA' HAL LUQA

Messagg tal-ahhar mill-Kappillan Dun Karm Camilleri li temm il-parrokat tieghu nhar is-Sibt 14 ta' April 2012.

"Wasal iz-zmien li jiena nhalli din il-Parrocca. Hdimt flimkien maghkom bil-qalb, kemm f'dak li hu spiritwali kif ukoll f'dak li hu materjali. Nista' nghid li hawn sibt il-koperazzjoni, u stajt nahdem bil-libertà kollha ghall-gid ta' kulhadd. Alla l-Imbierek dejjem waqaf mieghi f'kull hin u f'kull mument, anke meta kien hemm xi diffikultà, tant li ma qtajt qalbi qatt. Nista' nghid li sibt ukoll nies li qatt m’abbandunawni, anzi tawni l-ghajnuna kollha taghhom u dejjem imlewni bil-kuragg. Ta' dan nibqa' grat lejhom u nitlob ghalihom. Kont ukoll dejjem imdawwar b'volontarjat li dejjem apprezzajtu ghaliex minghajr dawn in-nies hekk generuzi ma kontx nasal.

Tajt xhieda

Meta wasalt f'din il-parrocca niftakar li kont ghidtilkom biex ma tistennew xejn specjali minni hlief ix-xhieda tieghi bhala sacerdot li bl-imgieba tajba tieghi xtaqt inwasslilkom lil Kristu. Nittama li dan ghamiltu b'xi mod ghaliex din kellha tkun il-missjoni tieghi f'din il-parrocca. Jiena fil-limitazzjonijiet tieghi kieku xtaqt inressaq lil kulhadd lejn il-Mulej, imma hawn tidhol il-grazzja t'Alla li riedet kieku tkun hi li tmiss lil dawk li baqghu lura. Problemi daqshekk kbar qatt ma kien hemm imma dejjem sibna soluzzjoni ghal kull fettuqa li setghat inqalghet. Fil-hajja Pastoral tal-Parrocca kien hemm mixja kostanti li permezz taghha ippruvajna nwasslu l-messagg nisrani bl-ahjar mod possibbli. F'dawn l-ahhar granet rajt l-imhabba u r-rispett li l-poplu Halluqi ghandu lejn il-kappillan. Jiena qatt ma bsart li fi tmien snin ser inkun daqshekk mahbub u apprezzat.

Qaddej battal…

San Gorg Preca, meta xi hadd kien ilesti xi bicca xoghol kien igieghlu jghid, "Jiena qaddej fidil u battal ghamilt biss dak li kelli naghmel…" Nahseb li din tghodd ghalija wkoll ghaliex minn x'hin dhalt fil-parrocca sal-lum ma waqaftx mix-xoghol. Tant hu hekk li meta tlabt lill-Arcisqof biex nirrezenja minn kappillan ma riedx mhabba li kelli xi xogholijiet ghaddejjin. Ghalhekk tlabtu biex jaghmel amministratur ghaliex issa kont ghajjejt u hekk ihallini nwettaq ix-xewqa tieghi.

Intant jiena hdimt bis-shih mat-team ta' nies li kull meta pprezentawli xi bicca xoghol kbira jew zghira qatt ma rrifjutajt. Ma jiddispjacinix ghaliex il-bzonn dejjem bzonn. Il-finanzi qatt ma naqsu, anzi kont naghmel kuragg meta kont nara l-koperazzjoni ta' dawk li kienu jghinuni bid-donazzjonijiet taghhom u bil-Fund Raising b'risq il-progetti mwettqa. Grazzi mill-qalb tal-fiducja li dejjem urejtu fija.

Jien nixtieq nirringrazzja lis-Sacerdoti li dejjem hdimna tajjeb flimkien, lill-Kunsill Pastorali Parrokkjali, lill-membri tal-ghaqdiet religjuzi kollha fil-parrocca, liz-zewg baned u l-ghaqdiet l-ohra kollha f’Hal Luqa.

J'Alla s-successur tieghi, li filwaqt li qed nikteb ghadu ma thabbarx, ikollu wkoll l-istess xorti li jsib parrocca li tilqghu, thobbu u tapprezzah."

(Mehud minn Lehen il-Parrocca Hal Luqa - Jannar 2012)


Vici Parroku gdid f'Hal Luqa.

L-E.T. Mons. Arcisqof Pawlu Cremona innomina lir-Reverendu Dun Charles Cini bhala l-Vici Parroku gdid ghall-Parrocca ta' Hal Luqa.

Dun Charles Cini huwa minn Hal Qormi u f'dawn l-ahhar tmien snin serva bhala sacerdot fil-parrocca ta’ Kristu Re f’Rahal il-Gdid, bhala Vici kappillan fil-Parrocca ta’ San Filep f'Haz-Zebbug ghal madwar 3 snin u fl-2006 mar l-Italja fejn hadem f'parrocca f'Savona fil-Liguria.

Huwa beda l-impenji pastorali tieghu f'Hal Luqa f'Ottubru 2010.








Dun David Farrugia jtemm is-servizz tieghu bhala Vici Parroku ta' Hal Luqa.

Nhar is-Sibt 21 t’Awissu, 2010, thabbar ufficjalment illi l-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. ghogbu jahtar lil Dun David Farrugia bhala Chaplain (kappillan) tal-Junior College fl-Imsida.

Din l-ahbar, zgur li ma kienetx mistennija propju f’din is-sena meta l-parrocca taghna qed tfakkar l-1950 sena mill-martirju ta’ Sant’Andrija Appostlu. L-ahbar niktet xi ftit lill-Hal Luqin, specjalment lil dawk kollha illi kienu jafu lil Dun David mill-qrib u hadmu mieghu f’dawn l-ahhar erba’ snin li serva bhala Vici Parroku tal-parrocca taghna.

Zgur illi jekk hemm frazi tabilhaqq preciza li tiddeskrivi l-karattru ta’ Dun David Farrugia hija – kuragg u determinazzjoni. Dan jista’ jixhdu tassew il-Kappillan Dun Karm Camilleri li tant afda fih u li tant hadem ghal qalbu mieghu. Jixhduh ukoll dawk kollha li tul is-sena kienu jiltaqghu u jiddiskutu mieghu il-htigiet diversi tal-parrocca taghna. Tassew kien sacerdot mimli energija u entuzjazmu li hadem hafna, anke sa tard bil-lejl ta' kuljum sabiex dak li kellu f’mohhu seta’ jimmaterjalizza ruhu u jsir bl-ahjar mod possibbli.

Zgur illi l-hidma tieghu kienet bzonjuza u utli ferm fejn jidhlu l-ghaqdiet tal-parrocca sabiex kull entita’ tkompli tissahhah u tghin f’dak kollu li kien mehtieg. Kellu mhabba specjali lejn il-pastorali u l-formazzjoni tal-hajja nisranija tal-parrocca. Pariri siewja minn naha tieghu qatt ma naqsu u kien jaghmel hiltu kollha sabiex kull ghawg jew saram jitmewwet fix-xejn. Serva wkoll bhala Rettur taz-zona ta’ Marija Bambina f’Hal Farrug li f’dawn l-ahhar snin regghet hadet hajja gdida permezz ta’ diversi inizjattiva sbieh li ttiehdu sabiex din il-komunita’ setghet thossa parti ntegrali mill-parrocca ta’ Hal Luqa.

Izda zgur illi l-aktar zewg gruppi ta’ nies illi offra hafna mill-hin tieghu ghalihom kienu l-Luqa Youth Centre (LYC) u l-grupp voluntiera tal-knisja.

Maz-zghazagh zgur illi kellu hafna esperjenzi pozittivi li hallew il-frott. Il-hidma pastorali tieghu kienet isservi ta’ gid kemm ghalihom individwalment kif ukoll ghall-genituri taghhom. M’ghandniex xi nghidu, sacerdot zghazugh mimli energija u mhabba lejn il-pastorali zgur illi laqa’ l-isfidi li kellu quddiemu u mhux talli ghelibhom izda wkoll hareg minnhom il-gid komunitarju.

It-tieni kategorija ta’ nies li hadmu hafna mieghu mill-qrib kienu l-grupp tal-voluntiera tal-knisja li flimkien mal-kappillan jiehdu hsieb il-htigiet tal-knisja parrokkjali. Zgur illi dawn l-ahhar sentejn kienu ta’ mpenn kbir ghall-amministrazzjoni tal-parrocca fejn iccelebrajna t-375 sena mit-twaqqif taghha u issa jekk Alla jrid resqin lejn it-tmiem tal-festi tal-1950 sena mill-martirju ta’ Sant’Andrija. Sar hafna xoghol minn ghadd ta’ persuni, hafna minnhom voluntiera u li ghall-grazzja t’Alla nistghu ngawdu l-frott tieghu fis-snin li gejjin. L-ghajnuna ta’ Dun David f’dan ir-rigward zgur illi qatt ma naqset, anzi kienet minn ta’ quddiem nett flimkien ma’ dik tal-kappillan sabiex b’mod xieraq u dinjituz iccelebrajna dawn iz-zewg avvenimenti.

Insemmu issa l-progett tal-koppla, li zgur ghadu frisk u jidwi f’mohhna. Ghal dan il-progett Dun David dahal ukoll b’ruhu u b’gismu. Bla dubju, kien bastun tajjeb ghall-kappillan Camilleri u dejjem kellu l-opinjoni tieghu lesta ghad-diskussjoni u l-evalwazzjoni sabiex il-progett jiehu d-dehra li tassew kienet tixraqlu. Min jaf kemm qatta' hin jiddiskuti dwar l-andament tax-xoghol, u bla dubju, dwar ic-cerimonja tal-inawgurazzjoni. Cerimonja tabilhaqq denja li warajha kien hemm bosta sieghat ta’ hidma kollettiva minn nukleju zghir ta’ nies fosthom ta’ Dun David.

Kull bidu ghandu t-tmiem, u proprju wasal il-mument li Dun David Farrugia jibda jattwa l-missjoni gdida afdata lilu mill-Arcisqof ta' Malta. Filwaqt li n-nuqqas tal-prezenza tieghu fostna se nhossuha mhux ftit, zgur illi l-hidma li wettaq b’risq il-parrocca ta’ Hal Luqa mhix ser tintesa. Bla dubju, tilfitu l-parrocca taghna, izda rebhitu l-generazzjoni zghazugha li hija s-sisien ta’ Malta ta’ ghada.



Dun Teddy Cumbo mill-gdid jaghti s-servizzi pastorali tieghu f'Hal Luqa.

Dun Teddy Cumbo, sacerdot mill-parrocca taghna, u li dan l-ahhar kien qed jaghti s-servizzi pastorali tieghu fl-Awstralja, issa jinsab lura Malta u qieghed jaghti s-servizzi tieghu fil-parrocca taghna.

Dun Teddy kien l-ewwel sacerdot li kellu r-rahal wara snin ta' nuqqas ta' vokazzjonijiet sacerdotali fir-rahal taghna. Fil-fatt l-ahhar sacerdot li kien ha l-quddiesa kien il-Kanonku Dun Karm Zammit, li qaddes l-ewwel quddiesa solenni tieghu fl-1954. Minn dak in-nhar kien ilu ma jkollna sacerdoti Luqin.

Wara Dun Teddy, kienu lahqu bhala sacerdoti Dun Rene' Camilleri, Dun Joseph Spiteri - illum Arcisqof u Nunzju Appostoliku fi Sri Lanka, Dun Indri Camilleri - Salesjan, Dun Martin Micallef, illum Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi, u Dun Albert Schembri, illum Kanonku u Kappillan ta' Hal Gharghur.

Dun Teddy Cumbo ghamel zmien bhala Vici Parroku fil-parrocca taghna stess, u wara kien ta s-servizz pastorali tieghu bhala Vici Kappillan fil-Parrocca ta' Lourdes f'Rahal Gdid.

Wara li mar l-Awstralja kien serva f'diversi parrocci fejn kien hemm il-Maltin, u kien ta' sikwit jaghmel zjarat f'Malta ghal zmien il-festi taghna jew okkazjonijiet specjali.



VIZTA PASTORALI FIL-PARROCCA TA' HAL LUQA

Nhar it-Tnejn 25 ta' Mejju 2009, Monsinjur Pawlu Cremona, Arcisqof ta' Malta, beda l-vizta pastorali tieghu fil-parrocca ta' Sant Andrija, f'Hal Luqa, b'quddiesa li saret fil-ghaxija.

Mons Arcisqof Cremona ikkoncelebra flimkien mal-Arcisqof elett u Nunzju Appostoliku ghal Sri Lanka, Mons Joseph Spiteri, li huwa wkoll sacerdot Hal Luqi, mal-Kappillan tal-Parrocca Dun Karm Camilleri, Mons. Innocenzo Borg, ex Kappillan ta' Hal Luqa; il-Vici Parroku Dun David Farrugia, u Dun Martin Micallef, sacerdot iehor minn Hal Luqa li llum huwa d-Direttur tad-Dar tal-Providenza tas-Siggiewi.

Wara li spjega r-raguni u l-iskopijiet tal-vizta pastorali, l-Arcisqof Cremona beda bil-laqghat mal-Kunsill Pastorali Parrokjali.

Din il-vizta ser iddum gimgha li matulha l-Arcisqof ser ikollhu laqghat ma' diversi ghaqdiet u anke man-nies ta' Hal Luqa kif ukoll ta' Hal Farrug.


SACERDOTI HAL LUQIN JAGHMLU UNUR LIL RAHAL TWELIDHOM:


JINHATAR NUNZJU APPOSTOLIKU FI SRI LANKA (Ceylon)

Il-Q.T. il-Papa Benedettu XVI, nhar is-Sibt 21 ta' Frar 2009, hatar lir-Rev. Mons. Joseph Spiteri, sacerdot minn Hal Luqa, li jahdem fid-Dipartiment tal-Istat tal-Vatikan, bhala Nunzju Appostoliku ghal Sri Lanka u ghollieh ghad-dinjita' ta' Arcisqof Titulari ta' Serta.

Mons Spiteri li twieled fl-20 ta' Mejju 1959, kien gie ordnat sacerdot fid-29 ta' Gunju 1984, U kompla bl-istudji tieghu f'Ruma fejn gab id-Dottorat fil-Ligi Kanonika.

Fl-1988 huwa dahal fis-servizz Diplomatiku tal-Vatikan fejn serva f'diversi Nunzjaturi: fil-Panama, Iraq, Messiku, Portugall, Grecja, Venezuela u kien qed iservi wkoll fis-Segretarjat tal-Istat Vatikan fl-Ufficcju ghar-Relazzjonijiet ma' l-Istati.

L-iktar post li fih issemma Mons Spiteri, flimkien man-Nunzju tal-post, kien fil-Panama meta bhala Nunzju Appostoliku kien hemm Mons Jose' Sebastian Laboa (li kien ukoll Nunzju Appostoliku f'Malta u anke kien ghamel zjara fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa). Dan kien fi zmien meta l-President tal-Panama Daniel Noriega kien inghata kenn fin-Nunzjatura sakemm ta ruhu f'idejn il-forzi armati Amerikani bhala prigunier. Fost il-lingwi li Mons Spiteri kapaci jitkellem bihom hemm l-Ingliz, Taljan, Franciz, Spanjol u l-Portugiz.

Bhala Nunzju Appostoliku fi Sri Lanka ser ikollu jhabbat wiccu ma' gwerra bejn is-suldati regolari ta' Sri Lanka u r-ribelli Tamil. Bhalissa s-sitwazzjoni nterna f'dan il-pajjiz fejn ir-religjon ufficjali tieghu huwa l-Buddismu, il-Kattolici jiffurmaw parti zghira hafna mill-popolazzjoni (6-7%), u hemm hafna diffikultajiet ghall-insara li hemm f'dan il-pajjiz. Dan l-ahhar ukoll il-mexxejja Buddisti ghamlu pressjoni kbira fuq il-Gvern biex jillegisla dwar ir-religjon tal-pajjiz, biex ghamluha difficli hafna ghac-cittadini ta' Sri Lanka biex jghixu t-twemmin taghhom ta' insara kattolici. In fatti bis-sahha tal-ligi li ghamel tar-religjon, il-Gvern ta' Sri Lanka qed jobbliga anki lill-kattolici li jkollhom ta' bilfors jitghallmu ir-religjon buddista fl-iskejjel tal-istat.

Nawguraw minn qalbna lil Mons Arcisqof Joseph Spiteri li jkollu success fil-hidma tieghu f'dan il-pajjiz bhala Nunzju Appostoliku. Il-Konsagrazzjoni Episkopali tieghu bhala Arcisqof ser issir f'Malta fil-Kon Kattidral ta' San Gwann fil-24 ta' Mejju fl-10.30 a.m. u ghaliha ser jattendi l-Kardinal Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, Mons. Tarcisio Bertone. Mons Bertone ser ikun il-konsagrant principali tieghu, flimkien mal-Arcisqof ta' Malta, Mons. Pawl Cremona u mal-Arcisqof Emeritus ta' Malta, Mons Giuseppe Mercieca, li kien ordna lil Mons Spiteri bhala sacerdot 25 sena ilu.

Fil-31 ta' Mejju f'Hal Luqa, Mons. Arcisqof Joseph Spiteri, Nunzju Appostoliku ghal Sri Lanka, ser jikkoncelebra qudddiesa ta' radd il-hajr 'l Alla fl-okkazjoni tal-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu fl-10.30 a.m., u ser ikun akkumpanjat miz-zewg baned ta' Hal Luqa. Ad Multos Annos.








JINHATAR KANONKU TAL-KNISJA KOLLEGJATA TA' BORMLA

Is-Sacerdot Hal Luqi Dun Albert Schembri li llum huwa Kappillan ta' Hal-Gharghur, inhatar bhala Kanoniku tal-Knisja Kollegjata ta' Bormla.

Il-Kanonku Albert Schembri, gie ordnat sacerdot fit-3 t'Awissu 2001 u wara inghata l-inkarigu bhala Vici Arcipriet tal-Parrocca taz-Zurrieq.

Fis-sena 2007 huwa gie nominat bhala Kappillan tal-Parrocca ta' Hal Gharghur.




JINHATAR DIRETTUR TAD-DAR TAL-PROVIDENZA

Is-Sacerdot Hal Luqi Dun Martin Micallef fl-4 ta' Lulju 2008, inhatar minn Mons Arcisqof bhala Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi minflok Mons. Lawrence Gatt, li nhatar bhala Kancillier tal-Kurja ta' l-Arcisqof.

Dun Martin b'hekk temm il-missjoni tieghu bhala Kappillan ta' Marsascala.

Dun Martin Micallef kien gie ordnat sacerdot fil-5 ta' Lulju 1996. Wara intbghat bhala Vici Parroku tal-parrocca ta' l-Ibrag sas-sena 2000, meta gie msejjah bhala Kappillan ta' Hal Ghaxaq. Fl-2006 inhatar Kappillan ta' Marsascala. Huwa wkoll membru tal-Kummissjoni Djocesana ghall-persuni b'dizabilita'.





JINHATAR DELEGAT TAL-ARCISQOF GHALL-KATEKESI




Ir-Rev. Dun Rene' Camilleri, sacerdot minn Hal Luqa, inhatar mill-Arcisqof Pawlu Cremona, OP., bhala d-Delegat tieghu ghall-Katekesi.

Dun Rene’ Camilleri twieled Hal Luqa fil-1953. Ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tal-lokal u fl-Universita' ta' Malta. Fil-21 ta' April, 1979 kien gie ordnat sacerdot u kompla bl-istudji tieghu Ruma, fejn fl-1987 kiseb id-Dottorat fit-Teologija Dommatika mill-Universita' Pontificja Gregorjana.

Sa mill-1987 hu kien impenjat l-iktar bhala ghalliem tat-Teologija fl-Universita', f'Korsijiet ta' Teologija ghall-Formazzjoni tal-Lajci, u fil-Media.

Bhala Delegat ta’ l-Arcisqof ghall-Katekezi, Dun Rene’ Camilleri se jkollu f’idejh it-tmexxija tas-Segretarjat ghall-Katekezi.

Fir-ritratt jidher Dun Rene' qed iqaddes fil-Knisja tax-Xaghra Ghawdex, flimkien mal-Arcipriet Mons. Karm Refalo.




Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: Awissu 2015