ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA



ORGANIZZAZZJONI TAL-GHAQDA

sabcorg imagemap





Honorary Presidents
Francis X. Mifsud, Moses A. Zammit, Leonard Ellul, Lillian Serge, Ivo Seychell u Raymond Zammit

EXECUTIVE COMMITTEE


PRESIDENT
Mr. Charles Attard

VICE PRESIDENT
Mr. Ivan Sacco

SECRETARY
Mr. Pierre Fava
 
TREASURER
Mr, Ivan Camilleri
 
ASST. SECRETARY
Mr. Daniel Tanti
 
ASST. TREASURER
Mr. Andrei Zammit
 

P.R.O.
Ms. Rachel Cachia
 
Club Director
Mr. Andrew Schembri
 
Archivist & Band Delegate
Mr. Bernard Cutajar
 
Asst. Club Director
Mr. Rodney Muscat

Members' Delegate
Mr. Karl Matthew Carachi
Mr. Rio Calleja
Spiritual Director
The V.R. Parish Priest, Fr. Gordon Refalo
 


Legal Advisor
Dr. Chris Busietta, LL.D.


Musical Director of the Band
Mro. Michael Pulis,
B.Mus., A.(Mus.) L.C.M., ALCM. Cert. Conducting.


Assistant Musical Director
Mro. Neville Pace, FLCM., A.Mus (L.C.M.)


Honorary Band Master
Mro. Paul Schembri, MISM., MIWM.

Honorary Members:
Dr. Joseph Sapiano
Joseph Attard, Alfred Briffa, Joseph Bartolo, Andrew Camilleri
Mro. Andrew Coleiro, Francis Coleiro, Joe Ellul
Joseph Ellul, Joseph Galdes, Carmelo Schembri, Salvu Schembri
Charles Sultana, Paul Tonna, Francis Zammit, Joseph Zammit, Katy Galea
Andrew Zarb, Carmelo Fsadni, Alfred Calleja,
Andrew Cassar, Carmelo Attard, Richard J. Caruana, Tony Coleiro
George Borg, Andrew Bartolo, Francis Farrugia, Albert Fava,
George Mifsud, Martin Degabriele, George Bondin, Frank Psaila




Il-Kumitat Ezekuttiv huwa responsabbli ghall-amministrazzjoni generali tal-Ghaqda kollha u l-proprjeta’ taghha; u liema proprjeta’ tikkonsisti:

  • fil-Kazin li jinsab f’numru 17 (qabel numru 10), Misrah il-Knisja, Hal Luqa;
  • il-post fi Triq il-Parrocca li jmiss mal-istess Kazin u li gie akkwistat fis-sena 2007 u li ftit tal-granet ilu bdiet issir ir-rikostruzzjoni biex jigi jaghmel parti mis-sede centrali;
  • fil-mahzen tal-armar li jgib l-isem Dar l-Armar, li jinsab fi Triq Andre’ Vassallo, Hal Luqa;
  • u fil-kamra tan-nar li ggib l-isem St. Andrew's Band Fireworks Factory li tinsab fil-limiti ta’ Hal Farrug.

Il-Kumitat Centrali ghandhu wkoll il-poter li jahtar dawk il-persuni li jkunu taw kontribut kbir lill-Ghaqda u lill-Banda bhala Presidenti Onorarji u/jew Membri Onorarji tal-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija, liema kariga onorarja hija sakemm dik il-persuna tibqa hajja; jew sakemm ma jigix deciz mod iehor. Dawn il-karigi onorarji ma jaghtux drittijiet lill-persuna li tkun onorata b’dan il-mod li jkollha kariga ezekuttiva fl-amministrazzjoni tal-Ghaqda. Il-Kumitat Centrali jista’ wkoll jahtar dawk il-kummissjonijiet, jew sotto-kumitati biex il-hidma tal-amministrazzjoni tal-Ghaqda titwettaq bl-aktar mod professjonali. Hadd mill-Membri tal-Kumitat jew mill-partitarji ma jithallas tax-xoghol kbir volontarju li jwettqu fi hdan din is-socjeta’.

Ghar-rigward tal-Banda, din hija maghmula minn madwar hamsin element, bi struttura bhal ta’ banda militari, komposta minn strumenti tar-ram, ta’ l-injam, u l-percussion. Ir-ripertorju tal-Banda Sant’Andrija jinkludi marci Maltin, kompozizzjoni ta’ membri tal-Ghaqda stess, arrangamenti ta' muzika klassika u popolari minn sorsi internazzjonali, kif ukoll innijiet korali u xoghlijiet muzikali ohra miktuba minn surmastrijiet li kienu jmexxu l-Banda Sant'Andrija f'xi zmien jew iehor, u li thallew fl-Arkivju tal-istess Socjeta'.

Il-Banda Sant’Andrija hija mmexxija minn Surmast Direttur bl-ghajnuna tad-Deputat tal-Banda u l-Arkivista, li gieli jkunu jiffurmaw il-Kummissjoni Banda. Fi hdan is-socjeta’ isir ukoll it-taghlim tal-muzika (teorija u prattika) minn nies dedikati u anki kwalifikati. Isiru kuncerti regolari kif ukoll programmi muzikali. Mhux biss, izda t-taghlim li jinghata lill-Allievi (studenti tal-muzika) jwassal ghal ezamijiet minn bordijiet internazzjonali u dan b’success ghall-Allievi nfushom.

Presentement il-Banda hija mmexxija mis-surmast Michael Pulis, hu nnifsu iben denju tal-istess Banda. Fil-festa tas-sena 2015, is-surmast Michael Pulis ha t-tmexxija tal-Banda minghand Mro. Paul Schembri, li ghal snin twal (mal-37 sena) dam surmast ta’ din il-Banda u li matul dan il-perjodu glorjuz, hargu hafna bandisti tajbin, uhud minnhom lahqu wkoll surmastrijiet ta’ diversi baned importanti Maltin.

Mro. Michael Pulis, li nhatar mil-Laqgha Generali Stra-ordinarja li saret f'Mejju 2015, barra li issa huwa Surmast tal-Banda Sant'Andrija huwa wkoll Surmast tal-Banda Stella Maris ta' tas-Sliema. Mro Pulis beda l-istudju tieghu fil-muzika taht is-sur Carmelo Baldacchino u hareg idoqq ghall-ewwel darba mal-Banda Sant'Andrija.

It-taghlim tal-muzika llum huwa mmexxi minn bandisti professjonali, membri tal-istess Ghaqda. Qabel kien isir minn Carmelo Baldacchino, ex-President Onorarju, u ex-President ghal diversi drabi tal-Ghaqda.

 





Organizzazzjoni


speaker speaker

Copyright ©2001 - HF

Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: June 2015