ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA



speaker speaker


HIDMA U ATTIVITA':

HIDMA U ATTIVITAJIET TAL-GHAQDA:

SURMAST DIRETTUR GDID GHALL-GHAQDA MUZIKALI SANT'ANDRIJA

Wara li Mro Paul Schembri, is-surmast direttur tal-Banda Sant'Andrija, wera l-intenzjoni tieghu lill-Kumitat, li jirtira mill-kariga matul is-sena li qeghdin fiha 2015, wara karriera twila ta' 37 sena, il-Kumitat beda l-process biex isib Surmast gdid ghall-istess Banda Sant'Andrija. Il-Kumitat ikkonsulta mal-istess Mro Paul Schembri, saret revizjoni tal-istatut tas-socjeta' biex il-process jithaffef fil-LGA tal-5 ta' Frar 2015, u bdew jintlaqghu nominazzjonijiet minn dawk interessati li jigu kkunsidrati bhala Surmast tal-Banda Sant'Andrija. L-ahhar bidla kienet saret fis-sena 1978 meta l-bakketta tas-Surmast ghaddiet minn idejn Mro Anton Muscat Azzopardi ghal ghand Mro Paul Schembri.

Wara li dahlu xi nominazzjonijiet il-Kumitat hatar Kummissjoni biex tanalizza dawn l-applikazzjonijiet u tintervista lill-applikanti biex jinstab l-ahjar persuna biex tigi appuntata Surmast Direttur. Din il-Kummissjoni kienet maghmula minn Bernard Cutajar, l-Arkivista u Delegat tal-Banda; il-kaxxier Ivan Camilleri; Adrian Gatt u Hector Farrugia, bandisti t-tnejn li huma.

Meta saru l-intervisti il-Kummissjoni ghaddiet ir-rapport taghha lill-Kumitat; u dan minn naha tieghu, wara li ddiskuta r-rapport iddecieda li jsejjah il-Laqgha Generali Stra-ordinarja biex tapprova jew tirrifjuta dan ir-rapport. Din il-Laqgha saret nhar il-Hamis 7 ta' Mejju 2015 li matulha l-Kummissjoni qrat ir-rapport taghha flimkien mas-suggeriment taghha li l-kandidat propost minn Alfred Bartolo u sekondat minn Charles Sultana, Mro. Michael Pulis jinhatar Surmast Direttur tal-Banda Sant'Andrija.

BIOGRAFIJA:

Mro Michael Pulis twieled Ħal-Luqa fl-4 ta’ Gunju ta’ 1973 u huwa iben Nicholas u Jane nee Spiteri. Nistgħu ngħidu illi Michael ġej minn familja mużikali, fejn fost l-oħrajn insibu lil kuġin ta’ missieru, il-famuż “Maestro di Cappella” Mro. Carmelo Callus (FLCM, LRSM) u lil Mro. Epiphanio Pulis għalliem tal-mużika.

Mro. Pulis beda l-istudji mużikali mal-Banda Sant’Andrija taħt is-supervizjoni tas-Sur Carmelo Baldacchino, u fl-1986 ħareġ idoqq il-kurunetta. Huwa jdoqq ma’ diversi orkestri fil-knejjes, kif ukoll ma’ diversi baned Maltin. Huwa kompla jistudja l-prattika ta’ l-istrument ma’ l-ex-solista tal-RMA u tal-Banda Sant’ Andrija, is- Sur John Calleja. Fl-1991, huwa beda jokkupa l-pożizzjoni ta’ solista mal-Banda Sant’Andrija, liema pozizzjoni għadu jokkupa sal-lum. Mro Pulis huwa ukoll għalliem tas-sezzjoni tar-ram mal-Banda Sant’ Andrija u l-Banda Beland taż-Żejtun.

Michael kompla bl-istudji mużikali tiegħu, kemm fil-prattika ta’ l-istrument mas-Surmast Roderick Bugeja (FLCM), kif ukoll fit-teorija, l-armonija u kuntrapunt ma’ diversi Surmastrijiet: Mro. Raymond Fenech (FLCM), Mro. Carmelo Callus (FLCM, LRSM) u ma’ Mro Raymond Sciberras (FLCM). Fl-2000, Michael irnexxielu jikseb id-Diploma fil-prattika ta’ l-istrument ALCM mill-London College of Music, fil-waqt illi fl-2002, huwa kiseb l-A(Mus)LCM diploma fit-teorija tal-mużika mill-istess kulleġġ. Minbarra dawn id-diplomi, Michael għamel kors ta’ Bacellerat fil-Muzika ma’ Fairfax University ta’ l-Istati Uniti, fejn huwa ffoka l-istudji tieghu fuq it-tagħlim tal-mużika. Huwa ggradwa bid-degree ta’ Bachelor of Music (BMus) fl-2003.

Minbarra l-istudji tiegħu fil-prattika u t-teorija tal-Mużika, Mro. Pulis studja wkoll id-Direzzjoni taħt is-supervizjoni tas-Surmast Direttur ċelebri Mro. Joseph Sammut. Minbarra dan, huwa attenda kors li jwassal għad-Diploma ta’ Specjalizzazzjoni fid-Direzzjoni tal-Banda ma’ l-Istituto Superiore Europeo Bandistico ġewwa Trento, l-Italja taħt is-supervizjoni ta’ Diretturi ta’ fama internazzjonali.

Fost il-kompożizjonijiet tiegħu, insibu marċi brijjużi, funebri u arranġamenti għall-banda ta’ xogħlijiet, kemm klassiċi , semi-klassiċi u moderni.

Minbarra li Mro. Pulis huwa l-Assistent Surmast tal-Banda Sant’Andrija, huwa qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Surmast Direttur tal-Banda Stella Maris tas-Sliema, tal-Banda La Stella tal-Gudja, kif ukoll Assistent Surmast tal-Banda Beland taż-Żejtun.

Il-Laqgha General Stra-Ordinarja approvat b'vot unanimu il-hatra ta' Mro Michael Pulis bhala Surmast Direttur tal-Banda Sant'Andrija fost l-approvazzjoni u c-capcip tal-membri kollha prezenti. Wara din l-ghazla is-Surmast il-gdid wieghed li ser jaghmel hiltu kollha biex il-Banda Sant'Andrija terga' tikseb is-successi li kisbet meta kienet taht it-tregija ta' Mro Paul Schembri, li issa b'mozzjoni approvata unanimament mill-LG Straordinarja, inhatar bhala SURMAST ONORARJU TAL-BANDA SANT'ANDRIJA.

Lil Mro. Michael Pulis nawgurawlu hidma sfieqa fl-interess tal-Banda Sant'Andija filwaqt li lis-Surmast Onorarju Mro Paul Schembri, nirringrazzjawh tas-servizz twil li ta lill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija matul iz-zmien u lill-Banda taghha bhala Surmast matul is-37 sena li dam imexxiha. Grazzi u awguri ghall-futur.


TIFKIRIET MILL-ALBUM TA' MRO PAUL SCHEMBRI


Manutenzjoni u Rinovazzjoni tal-Armar


Bil-hidma tat-team tal-armar tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, sar xoghol kbir ta' rinovazzjoni u manutenzjoni ta' diversi armar li jintuza ghall-festa ta' Sant Andrija. Din is-sena inzebghu mill-gdid il-linef li jintramaw fi Triq id-9 t'April, liema xoghol kien jinkludi zebgha tal-globi tal-hgieg, il-hadid u wkoll l-isfumar mill-gdid tal-weraq.

Bdejna wkoll l-iskultura gdida ghall-kolonni tal-istess linef li izda mhux ser ikunu lesti ghall-festa ta' din is-sena.

Sar ukoll xoghol ta' rhamar u nduratura taz-zewg trofej ta' hdejn l-Ghassa u qed isiru sett ta' standardi godda ghall-istess trofej.

Gew indurati wkoll il-kurcetti tal-pavaljuni ta' Triq id-9 t'April u nhadmu ohrajn godda ghal pavaljuni ta' Triq San Pawl u Triq il-Karmnu.







ATTIVITAJIET - ACTIVITIES:

Sa mis-sena 1875, meta kienet twaqqfet il-formazzjoni bandistika bl-isem La Stella, u li ma kienetx ufficjalment registrata, u li taghha l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija (1883) hija s-successur jew l-aventi causa taghha, din il-Banda twaqqfet apposta bl-iskop ewlieni li tippartecipa fil-festa titulari ta' Sant'Andrija, Patrun ta' Hal Luqa.

Is-sehem ta' din il-banda fil-festa kien jikkonsisti fi programmi tal-banda kif ukoll daqq ta' marci ferrieha fit-toroq tar-rahal, u akkumpanjat minn loghob tan-nar ad unur il-qaddis protettur ta' Hal Luqa u tas-socjeta' li ggib ismu.

Ghal din is-sena il-partecipazzjoni tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija fil-festa titulari tar-rahal ser tkun hekk:

PROGRAMM TAL-FESTI ESTERNI MILL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ANDRIJA
fl-okkazjoni tal-Festa Titulari ta' Sant'Andrija - 2016

Il-Gimgha, 24 ta’ Gunju:

8.30 p.m. 'l quddiem - Bar-b-Que b'varjeta muzikali fil-pjazza quddiem il-Kazin

Il-Hadd, 26 ta' Gunju:

Jum iz-Zghazagh. Fl-10.30 a.m. issir quddiesa ghaz-zghazagh kollha ta' Hal Luqa fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi Fr. . Mistiedna ghal din ic-celebrazzjoni iz-zghazagh kollha impenjati fl-Ghaqdiet religjuzi u socjali. Wara jkun hemm laqgha socjali fic-Centru Parrokkjali ta' Hal Luqa.

It-Tnejn, 27 ta’ Gunju - Ħruġ tal-Istatwa Titulari min-niċċa

Fis-6.00 p.m. - Il-Kumitat flimkien mas-sezzjonijiet ninġabru fejn l-istatwa ta’ Sant’Andrija fi Triq il-Karmnu biex flimkien mal-komunità Ħalluqija nagħtu bidu għall-festa titulari.
Fit-8:00pm fuq iz-zuntier nilqgħu l-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija hekk kif tinħareġ min-niċċa.

It-Tlieta, 28 ta’ Gunju

8:30 p.m. - Riċeviment fl-okkażjoni tal-festa fis-Sala Giuseppi Micallef fil-każin, għall-membri, benefatturi u mistiedna speċjali.

L-Erbgha, 29 ta' Gunju: L-Ewwel Jum tat-tridu tal-Festa

06.30 p.m. - Quddiesa kantata ghall-emigranti maltin minn Dun Charles Cini fil-Knisja Parrokkjali.

08:30 p.m. - Marċ mill-Banda San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa li jibda minn Misraħ il-Knisja, Pjazza Sant’Andrija, Triq Pawlu Magri, Triq Sant’Andrija, Triq San Ġorġ, Triq Dun Pawl, Misrah iz-Zghazagh, Triq Wilga, Triq il-Ġdida, Triq Santa Marija, Triq San Guzepp, Triq il-Parocca, Misrah tal-knisja, Triq il-Karmnu, Pjazza Sant’Andrija u jispiċċa f’Misraħ il-Knisja quddiem il-każin.

Il-Gimgha 1 ta' Lulju: L-ahhar Jum tat-tridu tal-Festa

09.30 a.m. - Celebrazzjoni ghall-morda u l-anzjani ta' San Vincenz de Paul minn Dun Ivan Scicluna fil-Knisja Parrokkjali.

06.30 p.m. - Quddiesa kantata ghall-familji u koppji mizzewga mill-Kan. Robin Camilleri fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa ssir il-presentazzjoni tat-trabi lill-Appostlu Sant'Andrija.

08:30 p.m. - Programm Vokali u Strumentali taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Pulis, fuq il-planċier artistiku f’Misraħ il-Knisja.
10:00 p.m. - Marċ popolari tal-aħħar tridu mill-Banda Sant’Andrija bl-istatwa ta' Malta Gwerriera, li jibda minn Misraħ il-Knisja, Triq Dun Pawl, Pjazza tal-Knisja. Triq id-9 ta’ April, Triq Dun Ġulju Muscat, Triq ir-Rixtellu, Triq il-Karmnu, Pjazza Sant’Andrija u jispiċċa f’Misraħ il-Knisja quddiem il-kazin. Il-marċ jintemm bit-tlugħ tal-istatwa ta’ Malta Gwerriera fuq il-kolonna tagħha, xogħol ta’ Karlu Darmanin.


Is-Sibt, 2 ta' Lulju: Lejlet il-Festa

08:15 p.m. - Il-Banda Sant’Andrija tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ lejliet il-festa b’marċi brijjuzi filwaqt li takkumpanja l-istatwa ta’ Sant’Andrija Patrun tal-Banda u ta’ Ħal Luqa mat-toroq. Il-marc jibda’ minn Misraħ il-Knisja, Triq San Ġużepp, Triq il-Parroċċa, Triq il-Ħabaq, Triq il-Ġdida, Triq id-Dokkiena, Triq San Pawl, Triq Mons Giuseppe. Debono, Triq ir-Rixtellu, Triq il-Karmnu, Triq G. Tragance, Triq Ċensu De Candia, Triq il-Karmnu, Pjazza Sant’Andrija u jispiċċa Misraħ tal-Knisja quddiem il-każin.

11:00 p.m. - Il-Banda Sant’Andrija takkumpanja t-tlugħ tal-istatwa ta’ Sant’Andrija, xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi fuq il-kolonna tagħha f’Misraħ il-Knisja fost il-ferħ u l-brijju tal-partitarji u tal-Ħalluqin kollha.

12:00 a.m. - Logħob tan-nar tal-art mekkanizzat f’Wesgħat il-Vittmi tal-Gwerra maħdum mill-membri tas-St. Andrew’s Band Fireworks Factory.


Il-Hadd, 3 ta’ Lulju : Jum il-Festa

8.00 a.m. - Il-President flimkien mal-Kumitat tal-Ghaqda Muzikali Sant Andrija jattendu ghall-Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Mons. Kalcidon Vassallo, ex Kappillan ta' Hal Luqa. Jinseg il-panigierku

06:00 p.m. - Il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba mistiedna tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija, tagħmel marċ mat-toroq ta’ Ħal Luqa. Il-marċ jibda minn Misraħ il-Knisja u jgħaddi minn Triq San Pawl, Triq Dun Ġużepp Debono, Triq ir-Rixtellu, Triq il-Karmnu, Pjazza Sant’Andrija u jispiċċa quddiem il-każin f’Misraħ il-Knisja.

07:15 p.m. - Il-Banda Madonna tal-Ġilju tilqa’ lill-Istatwa titulari ta’ Sant’Andrija fil-ħruġ tal-Purċissjoni bid-daqq tal-innijet popolari. Wara tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier artistiku tal-Banda Sant’Andrija fil-Pjazza tal-Knisja, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Chev. Andrew Calleja, F.V.C.M.

08:45 p.m. - Nilqgħu l-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija f’Misraħ il-Knisja, quddiem il-każin tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija filwaqt li l-banda ddoqq l-innijiet popolari lill-Appostlu Sant’Andrija ta’ Mro. Carmelo Pace, Johnny Calleja u l-ġabra ta’ innijiet lill-Appostlu Sant’Andrija ta’ Mro. Paul Schembri.

10:15 p.m. - Il-Banda Madonna tal-Ġilju takkumpanja d-dhul tal-Istatwa Titulari ta’ Sant’Andrija fid-dhul tal-Purċissjoni bid-daqq tal-innijet popolari.

11:00 p.m. - Marċ tal-aħħar mill-Banda Sant’Andrija.


It-Tnejn, 4 ta’ Lulju : L-Ghada tal-festa

12.30 p.m. Xalata tradizzjonali sal-bahar.

9.30 p.m. Wasla mix-xalata u nzul tal-istatwa ta' Sant'Andrija minn fuq il-pedestall taghha fost il-brijju tal-partitarji stillieri.



English Version ::::

Ever since 1875 when a Band formation 'La Stella' was formed but not officially registered, and of which musical group, the Saint Andrew's Band Club (1883) is the true successor in title, this band has been participating in the feast of St. Andrew, Titular patron Saint of the Village of Luqa.

For this occasion, band programmes and marches through several of the village roads and accompanied by fireworks are prepared to honour our patron Saint.

For this year’s feast of St Andrew, the Committee of the St. Andrew's Band Club has prepared the following programme.




Programme of Festivities in connection with the Feast of St. Andrew for 2016

Friday 24th June 2016

8.30 p.m. onwards - Grand Bar-B-Q at the village square in front of the club.

Monday 27th June 2016

At 1830 hrs, St Andrew's Band Club Committee and Members will participate in the procession from Carmel Street to St Andrew's Parish Church where a Mass will be celebrated to inaugurate this year's festivities in honour of St Andrew.

At 2000 hrs, Luqa village welcomes the statue of St Andrew on the Church parvis, with a band, fireworks, and other surprises. This year it will be the turn of the Union Band to greet the Statue of St Andrew with the playing of Hymns in honour of St Andrew. This will be followed by a band march around some of Luqa's streets.

Wednesday 29th June 2016 - First day of the Tridium

8.30 pm : Band March by the St Peter's Band of Birzebbugia, guest band of St Andrew's Band Club through the streets of Luqa during which the statue of Malta Gwerriera will be put on its pedestall, behind the bandstand.

Thursday 30th June 2016 - Second day of the Tridium

6.30 pm : Final rehearsal for the musical programme by St Andrew''s Band at the Club's Stores in Vassallo Street, Luqa.

Friday 1st July 2016 - Last day of the Tridium

8.30 pm : Musical programme by St Andrew's Band on the Bandstand in Church Square, Luqa.

10.00 p.m. Band March by the St Andrew's Band through the streets of Luqa during which the statue of Malta Gwerriera will be put on its pedestall, behind the bandstand.

Saturday 5th July 2014 - Eve of the Feast of St. Andrew

8.15 p.m. - The traditional Saturday evening grand March by St Andrew's Band, accompanying the statue of 'St Andrew', through Luqa village streets, at the end of which, (around 11.00 p.m.) the statue will be placed on its pedestal in front of the Club premises.

At around 9.15 p.m. a pyrotechnic musical show will be held near Gudja Road, Luqa.

Midnight : Ground Fireworks (guggufogu) spectacle at Misrah .

SUNDAY 4th July 2016 - St. Andrew's Feast Day

6.00 p.m. - Band Marches by the "Lily Band" of Imqabba, guest band of St Andrew's Band Club, starting from Church Square.

The procession will start at 7.15 p.m. The Lily Band under the baton of Mro. Andrew Calleja, will play sacred hymns when the Procession arrives in front of the Club premises at around 8.45 p.m.

After the procession at approximately 11.00 p.m., the St Andrew's Band will play band marches from in front of the Church towards St Joseph Street, St George Street, Dun Pawl Street ending in front of the Club premises accompanying fireworks' enthusiasts, followed by merrymaking to end the feast.

Monday 5th July 2016

Traditional xalata (outing) to the sea.

At around 9.30 p.m., the Club supporters will gather in front of the club for the final fling which sees the statue of St. Andrew being lowered from its pedestal in front of the Club.




Il-Banda fil-Festa Il-Banda fil-Gimgha 
l-Kbira Il-Banda fil-Milied



Hidma u Attivita'


Copyright ©2001 - hf

Send any questions or problems regarding
this service to
the administrator.

last modified: June 2016