Il-Maqluba u l-folklor taghha ......

kitba ta' J. C. Camilleri

 

Hemm diversi postijiet f'Malta u Ghawdex li ghandhom wirt folkloristiku  aktar minn postijeit ohra. Fil-Qrendi hemm kappella dedikata lil San Mattew u zona maghrufa bhala Tal-Maqluba li hemm marbutin maghhom leggendi u hafna ghajdut kif ukoll xi drawwiet tipikament Maltin.

Skond xi nies, il-kappella z-zghira  ta' San Mattew tal-Maqluba kienet it-tieni jekk mhux l-ewwel wahda  li nbniet f'malta wara li l-Musulmani kienu mkeccija minn Malta mill-Konti Ruggieru. T ajjeb nghidu li skond il-folklor Malti, u mhux skond l-istorja ta' Malta, li kien il-Konti Ruggieru li kecca 'l Gharab minn Malta.

Din il-kappella hija mibnija fix-xifer nett ta' hofra kbira maghrufa bhala l-Maqluba. Il-Kappella hi maghuda ma' kappella ikbar minnha, li nbniet fl-1674 u dedikata lill-istess qaddis. Ta' min jghid li l-kappella z-zghira hija tant zghira li takkomoda biss madwar tmien persuni. Din ghandha stil ta' arkitettura uniku li ftit li xejn hi maghrufa.

 

Leggenda

Vicin il-Kappella hemm il-Maqluba. Skond xi nies fl-imghoddi hafna, kien hemm rahal minflok din il-hofra - rahal zghir. F'dan ir-rahal kienu jghixu niex ta' hajja xellerata. Fost dawn in-nies kien hemm wahda mara xiha li ma kienetx bhar-rahhala l-ohra: tghix hajja xellerata izda kienet tghix hajja tajba, billi taqla' l-ghajxien taghha permezz ta' l-insig.

Din ta' spiss kienet twissi lil dawn in-nies li Alla ghad jikkastigahom  jekk jibqghu jghixu  fil-hazen taghhom. Ghid illum  u ghid ghada, kliem ix-xiha kien kollu ghalxejn. In-nies xorta wahda baqghu jghixu hajja fil-hazen.

Jum wiehed inhasset thezziza kbira fl-art u r-rahal kollu barra din il-kappella z-zghira, nqaleb ta' taht fuq, bit-terremot li kien ghamel. Dan it-terrremot sehh waqt li kienet sejra maltempata qalila, li skond xi nies grat fl-24 ta' Novembru 1343.

 

Fatti tal-Maqluba

Inhallu xi ftit l-aspett folkloristiku u mmorru ghall-fatti. Huwa minnu li l-Maqluba hu fattur geografiku li huwa uniku ghall-gzejjer Maltin. Izda dan il-fattur naturali jinsab ukoll f'xi pajjizi ohra. Hemm uhud li huma tal-fehma li aktarx qabel ma sfrundat l-art kien jezisti ghar kbir. Jum wiehed il-wicc ceda, u wesgha art sfrundat u b'hekk saret hofra kbira li tista' takkomoda knisja kbira - nghidu ahna daqs il-Knisja tal-Mosta.

 

Id-diametru tal-Maqluba huwa ta' 100 jarda waqt li l-fond hu madwar  100 pied. Il-qiegh tal-Maqluba huwa mimli  b'sigar kbar. Xi whud  minn dawn is-sigar huma tal-frott. Insibu wkoll is-sigra tal-Gharghar. Dinis-sigra hija s-sigra nazzjonali taghna l-Maltin u tinsab tikn\ber fl-inhawi tal-Afrika ta' fuq, mill-Marokk sal-Lvant.

 

 

Il-Kappella l-Kbira

L-unika haga li m'hemmx xi drawwa leggenda jew ghajdut dawrha hija l-kappella l-kbira ta' San Mattew. Forsi ghaliex inbniet aktar ricenti? Min jaf ghaliex?

 


Din il-kappella ghandha kwadru titulari ta' Mattia Preti u nbniet bi spejjez tal-Kmandant Franciz Nicolo Cummunet fl-1688. Fuq il-pittura ta' Preti hemm il-kliem:  "L-Appostlu u Evangelista San Mattew bid-daqqa ta' lanza sofra l-martirju waqt li kien qed iqaddes."

 

Imnarja ohra

Fil-festa ta' San Mattew li skond il-kalendarju tal-Knisja ssir fil-21 ta' Settembru kienet issir festa tipikament maltija. Fost hwejjeg ohra kien ikun hemm fiera. Izda sa minn lejlietha, nies minn Malta kollha - l-izjed mill-inhawi tal-Qrendi, Zurrieq, Hal Safi, Hal Kirkop u s-Siggiewi - kienu jingabru taht is-sigar tal-harrub: jghannu,  jieklu u jdoqqu.

Illum l-istorja nbidlet xi ftit. Billi l-Qrendi ghandhu zewg kazini tal-Banda, il-festa tal-Maqluba  jaghmluha darba kazin u darba kain iehor, l-istess haga kif isir fil-festa tal-Madonna tal-Hniena li l-kappella taghha tinsab fil-Qrendi. Fil-Knisja ssir quddiesa kantata u filghodu jkun hemm it-tberik tal-annimali. Haga stramba ghaliex it-tberik ta' l-annimali hu marbut jew ma' Sant'Antnin jew ma' San Giljan. Forsi  ghaliex dawn l-inhawi huma marbutin mar-rabta li ssir din ic-cerimonja. Filghaxija jkun hemm il-banda u xo loghob tan-nar.

 

 

---------------------------------------

Referenza:

Anon, San Mattew tal-Maqluba Qrendi, il-mument 22 ta' Settembru 1991

Grazzi wkoll lil Ms M.A. Camilleri mill-Qrendi li tatna xi taghrif.