MALTESE TRADITIONS


- IL-HAJT TAS-SEJJIEH (The Rubble Wall) -

Karatteristika ta’ l-ambjent Malti li tixbah lil dik li nsibu f’artijiet ohrajn li jdawru l-Bahar Mediterran, hi d-dehra tal-hitan tas-sejjieh. Fis-sewwa, l-ghamla tal-binja ma tinstabx biss f’dawn l-artijiet tal-Mediterran, ghax jekk wiehed jitla’ wkoll l-Ingilterra ghandu jsib hitan mibnijin wkoll bl-istess ghamla tal-hitan tas-sejjieh.

Il-hwejjeg li jidhru li jaghzlu l-hajt tas-sejjieh taghna minn dawk il-hitan li jinstabu f’artijiet ohrajn huma l-ewwelnett il-kwalita’ tal-gebla taghna u tieni nett ir-ragunijiet ghaliex inbnew il-hitan taghna.

Il-gebla tal-hitan tas-sejjieh taghna mhix dik il-gebla sewda u aktarx ta’ ghamla catta li tinstab lejn imkejjen ohrajn l-aktar lejn in-naha ta’ fuq ta’ l-Ewropa. Il-gebla tax-Xaghri mhix gebla ratba li setghet tinhadem kif gieb u lahaq bl-ghodda li kellhom missirijietna, izda hi gebla aktarx tal-qawwi.

Is-sejjieh kien jintuza biex jaghzel ghalqa minn ohra u maghmul b’zewg sensiliet hdejn xulxin bil-gebel iz-zghir nett: il-mazkan, bhala mili. Waqt li l-gebel il-kbir jitqieghed isfel nett, id-daqs iz-zghir kien jitla’ ‘l fuq. Il-hila tal-bennej kienet trid imbaghad tidher biex jaghzel gebliet ikbar u aktar tawwalin halli jservu ta’ katina u jorbtu z-zewg nahat flimkien.

Meta l-hajt jinbena halli jtarrag il-gnub tal-widien biex izomm il-hamrija, kien aktarx ikun imzerzaq halli ma jinfaqax malajr. Mhux biss, izda gebliet tawwalin u mdaqqsin kienu minn hin ghal hin jiddahhlu ‘l gewwa fil-hamrija halli jankraw il-hajt sewwa fl-ghalqa ta’ fuq ir-rih. Il-gebel l-iehor kien jitfelles u jitrikkeb ma’ xulxin b’laqxiet u mazkan jirfduh skond il-htiega.

Il-bennejja

Il-hajt tas-sejjieh ma nholoqx biex isebbah il-kampanja Maltija izda kellu funzjoni x’jaqdi lis-socjeta’ li holqitu. Il-hajt tas-sejjieh Malti hu xiehda ta’ attivita’ bikrija u biezla tal-Maltin tal-qedem li kienu jafu l-ghajxien taghhom lill-biedja. Il-hajt hu xhieda hajja li waslet ghandna mill-ibghad zminijiet tal-qawwa tad-driegh Malti u ta’ senghetu. Dan hu wirt kulturali haj, wirt tal-hila li kisbu l-antenati taghna bl-gharaq ta’ xbinhom u tal-hsieb li kien jinhtigilhom ihaddmu waqt il-glieda ghall-ghajxien.

Hafna drabi l-hitan tas-sejjieh taghna, mibnijin minn Maltin li ghammru fuq dawn il-gzejjer matul il-mijiet ta’ snin li ghaddew qabilna, huma mibnijin minn gebliet li l-bniedem gerbeb u qandel minn gox-xaghri.

Il-bniedem bikri ghex fl-gherien u gera minn naha ghal ohra mal-bhejjem, dejjem ifittex fejn isibilhom fejn jirghu. Meta qataghha li jieqaf u ma jibqax jigri minn stagun ghal stagun skond fejn kien hemm ikel u ghalf fil-merghat, kien wasal iz-zmien li jkabbar l-ghalf tieghu hu stess. Dan kien il-bidu tat-tkabbir tal-qamh u zargha ohra.

Kien zmien li ta bidu ghal hafna hsibijiet matul mijiet ta’ snin. Il-htiega li wiehed jibza’ ghall-hamrija. Il-hajja mill-hamrija. Mit-trab ta’ l-art. Il-bniedem wahhalha f’rasu li jqassam il-hamrija u ma jhallihiex aktar imzerzqa ‘l isfel ma’ hdan l-gholjiet. Kien bniedem li kien jinhtieglu jiekol, jghix kif jista’ hu u l-bhejjem tieghu.

Il-hajt tas-sejjieh huwa simbolu sinifikattiv fil-pajzagg ta' dawn il-gzejjer. Kulmin jimrah fil-kampanja malajr jifhem l-ghan ewlieni tieghu. Bla dubju ta' xejn l-iktar funzjoni li tispikka hi dik ta' lqugh ta' hamrija.

Eluf ta' snin ilu, l-ewwel nies li ghexu f'dawn il-gzejjer, indunaw bit-telf ta'hamrija mill-ghelieqi taghhom sena wara l-ohra u ghalhekk hasbu biex jibnu lqugh bil-gebel. F'din l-epoka bikrija, meded shah ta' sigar inqerdu ghal kollox mill-ewwel Maltin biex setgha nholoq spazju ghall-biedja. Dan il-fenomenu wassal biex ma tkomplitx tintilef iktar hamrija.

Funzjoni importanti tal-hitan tas-sejjieh hija li jaghtu protezzjoni lill-hxejjex u l-annimali zghar billi jipprovdi kenn u jservi ta' kontinwazzjoni bejn irqajja ta' kampanja. Bl-ingliz, dan il-mezz ta' kontinwazzjoni jissejjah "ecological corridor", li huwa ezempju prattiku ta' kif din il-funzjoni ta' pont ekologiku tintlahaq f'pajjizi ohra permezz ta' ringieli ta' hedges li jippermettu annimali u pjanti ta' kull xorta li jkattru u jinfirxu minn post ghal iehor minghajr tfixkil zejjed mill-attivita' tal-bniedem.

Fil-kaz ta' pajjizna, il-hajt tas-sejjieh iservi ghall-istess ghan, jigifieri kemm ta' refugju ghal diversi speci kif ukoll bhala mezz kif dawn ikunu jistghu jiccaqilqu minn post ghal iehor f''ambjent mhux ostili.

Fost l-annimali tipici li nsibu jghixu fil-hitan tas-sejjieh hemm il-molluski: bhal bebbux; l-atropodi: bhal hanfus, gurati; il-krustaci: bhal hanzir l-art; ir-rettili: bhal gremxul; u sahansitra mammiferi: bhal qanfud.

Il-hitan tas-sejjieh iservu wkoll ta' indikazzjoni tal-konfini ta' proprjeta' minn ohra; u din il-funzjoni hija mportanti hafna, specjalment meta jkun hemm bzonn li jsir qsim ta' art bejn diversi persuni.

Forsi anke indunajtu li l-hitan tas-sejjieh il-kbar li jkunu mibnija b'sengha, qatt ma jkunu mtellghin dritti. Jekk tharsu lejn ir-ritratt per ezempju, tosservaw li l-hajt jibda wisgha hafna minn isfel, xi kultant kwazi sa metru wisgha, u li dan jibda jidjieq iktar ma jitla' 'l fuq. Normalment dan ikun minhabba li l-imbuttar fuq il-hajt ikun l-izjed qawwi mill-wicc tal-hamrija l-isfel, apparti li iktar ma titla' 'l fuq, iktar tizdied it-tbatija biex terfa' l-gebel waqt il-bini tal-hajt.

Aspett iehor ta' min jinnutah huwa li fil-hitan tas-sejjieh, kif kienu jittellghu fi snin l-imghoddija, ma tantx kien jintuza gebel mahdum b'xi ghodda u l-inqas ma kien jintuza s-siment biex ighaqqdu. Il-materjal li kien jintuza kien hagar li hafna drabi kien jinstab fil-post, gebel zghir iehor u hamrija.

B'sengha kbira, il-hajt kien jittella' billi l-forma tal-hagra tigi mlaqqa' wahda ma' l-ohra biex tinholoq rabta kontinwa min-naha ghall-ohra tal-hajt. B'dan il-mod, il-hajt ikun b'sahtu hafna izda mal-milja taz-zmien l-elementi jaghmlu taghhom fuq il-hagar li jibda jittiekel, u anki jitfarrak specjalment fejn ikun espost ghax-xita, xemx u mluha tal-bahar jew irjiehat. Dawn ta' l-ahhar hafna drabi jikkagunaw tgerrim u tfarfir tal-materjal li jdghajef il-hajt kollu u b'hekk f'xi maltempata ta' xita u rih qawwi, dan jaf jiggarraf.

Hafna hsara ssir ukoll permezz tal-bniedem sew meta' dan igarraf hitan ghal skop jew iehor, bhal meta biex ifittex ghall-bebbux, jew meta jithaffru trinek li jherru l-pedamenti tal-hitan tas-sejjieh.

Illum il-gurnata dawn il-hitan tas-sejjieh qed jigu protetti permezz ta' ligi dwar l-Ambjent li saret fl-1991. Permezz ta'Avviz Legali numru 160 tas-sena 1997 li jitkellem dwar il-hitan tas-sejjieh u strutturi rurali, il-konservazzjoni u l-manutenzjoni taghhom; il-hitan tas-sejjieh u strutturi rurali ohra li mhumiex abitabbli huma protetti minhabba l-importanza storika u arkitettonika taghhom, kif ukoll minhabba l-protezzjoni li jaghtu lill-flora u l-fawna Maltija.

Dan l-Avviz Legali jaghti dritt lill-Gvern li jiddikjara certi arei ta' konservazzjoni ta' hitan tas-sejjieh fejn ma jithalla jsir ebda tibdil fl-imkien jew fil-bini tal-hitan tas-sejjieh u fil-metodi tradizzjonali tat-tiswija. Is-sid jew l-okkupant ta' dawn l-arei jista' jkun imqabbad jaghmel il-manutenzjoni necessarja u li jzommhom fi stat tajjeb ta' manutenzjoni.

Ir-regolamenti jaghtu definizzjoni cara ta' hajt tas-sejjieh u jiddeskrivieh bhala hajt tal-gebel niexef, imtella' b'gebel merhi mhux mingur, li jzomm wieqaf bit-toqol u taghfis ta' gebla ma' gebla bla ebda htiega ta' tajn.

Dawn ir-regolamenti ma jippermettu lil hadd li jtella', jaghmel zidiet ma dak li diga' jezisti, jew inkella li jaghmel struttura minn xo oggetti li jkun cilindri, tankijiet jew oggetti ohra li ma jkunux maghmula minn materjal tal-bini.

Dawn ir-regolamenti kienu saru peress li hafna mis-sbuhija naturali ta' pajjizna kienet qeghda tintilef u l-karatteristika tal-hajt tas-sejjieh kienet kwazi intilfet ghal kollox. Kulhadd jaf kif il-kampanja Maltija kienet qed tintela' b'hitan tas-sejjieh maghmula minn fdalijiet ta' cookers, fridges, washing machines, tankijiet taz-zejt imsadda u mbarazz iehor. Mela issa kulhadd jaf li dawn l-affarijiet ma jistghux isiru iktar u ghandhom jinqatghu darba ghal dejjem.

Hija haga tajba li dahlu fis-sehh dawn il-ligijiet imma jkun iktar tajjeb jekk ikun hemm l-infurzar ta'dawn il-ligijiet u regolamenti. L-edukazzjoni tal-poplu f'dar-rigward hija pass fid-direzzjoni t-tajba sabiex jekk l-individwu ma jkunx irid jisma bil-kelma t-tajba allura dan ghandhu jiehu dak li jkun haqqu fis-sens tal-ligi.

Dawn ir-regolamenti u ligijiet ghandhom ikunu ta' gwida wkoll ghas-sidien jew l-okkupant biex ma jhallux lil terzi persuni jmorru fil-kampanja taghna u jwaqqghu il-hitan tas-sejjieh bl-iskop li jigbru l-bebbux. Dawn ghandhom ikunu mgharrfa li issa r-responsabilita' hija taghhom, aktar minn qatt qabel. Kif ghidna, il-hitan tas-sejjieh jaghtu kenn lill-flora u l-fawna taghna u ghalhekk ghandna nibzghu ghalih!


[ MALTESE HERITAGE ]

[ MALTESE TREES ]
[ MALTESE GIRNA - Maltese Corbelled Stone Huts ]
[ WAYSIDE CHAPELS ]
[ GOOD FRIDAY PROCESSIONS ]
[ LAY CONFRATERNITIES ]
[ TRADIZZJONIJIET U TWEMMIN TAR-RANDAN ]
[ MALTESE FLORA ]
[ IL-MAQLUBA - QRENDI ]


MALTA RAILWAY


Copyright ©1999 - Government of Malta

Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: February 1999