IL-PARROCCA TA' HAL LUQA









Matul iz-zmien tar-RANDAN il-Knisja ticcelebra dawn is-solennitajiet:

Ras ir-Randa jew kif inhu maghruf bhala l-Erbgha tal-Irmied

Pellegrinaggi tar-Redentur u Jum id-Duluri

Hadd il-Palm

Hamis ix-Xirka

Il-Gimgha l-Kbira: funzjoni u processjoni

Il-Vgili tal-Ghid

L-Ghid il-Kbir u Processjonijiet



RAS IR-RANDAN

Il-festi titulari hadu l-bixra taghhom ta' kif nafuhom illum fuq medda ta' snin u kienu diversi l-fatturi u c-cirkustanzi li wasslu ghal dan. Il-festa titulari tar-rahal taghna lill-Appostlu Sant'Andrija ghaddiet mill-istess zvilupp biex illum ghandna l-festa li nafu ahna.

Il-festa kienet tigi ccelebrata fil-jum proprju tal-festa liturgika ta' Sant'Andrija jigifieri nhar it-30 ta' Novembru. Fl-ewwel snin wara li Hal Luqa saret parrocca, l-festa kienet tkun celebrata fil-Knisja biss, u kienet tikkonsisti jew f'quddiesa kantata bil-panigierku biss, jew inkella quddiesa u ghasar kantati. Lejliet il-festa kien isir il-vespri u nhar il-festa kienet issir quddiesa kantata bil-panigierku fil-ghodu u kant tat-tieni vespri fil-ghaxija. Malli kien jintemm il-vespri ghal habta ta' xi l-4.30 p.m. in-nies kienet titla' sal-misrah. Min jintefa' fil-hanut tax-xorb, min kien idur ma xi mejda jissogra xi haga tal-flus fuq ir-rota tal-loghob u ohrajn kienu jieqfu jpacpcu ma' hbiebhom u jixtru xi bicca qubbajd minghand tal-qubbajd li dak innhar kienu jarmaw quddiem il-Knisja.



PELLEGRINAGGI TAR-REDENTUR U JUM ID-DULURI

Fl-1575, il-festa kienet issir b'quddiesa u ghasar. Il-kappillan ta' Bir Miftuh (li minnha harget il-parrocca ta' Hal Luqa), Dun Bartolomeo Mangion kien qal lill-Isqof Dusina li kienet drawwa tieghu li fil-festi tal-irhula li kienu jsiru fil-parrocca tieghu, kien imur iqaddes fil-knisja fejn tkun qed issir il-festa. Fil-Knejjes l-ohra tar-rahal kienu jsiru l-festi fil-jum tal-patrun taghhom b'vespri u quddiesa. Xi festi minn dawn kienu jispiccaw b'ikla lill-kappillan jew lill-qassis li jkun ghamel il-festa. Gieli wkoll kienu jaghtu xi haga x'jieklu jew lill-foqra jew lin-nies li jkunu hadu sehem fil-festa tal-knisja.


HADD IL-PALM

Bejn l-1729 u l-1740 bdiet tohrog il-purcissjoni bir-relikwija tal-qaddis. Statwa ta' Sant'Andrija ma kienx hawn u ghalhekk kienet tohrog ir-relikwija tal-qaddis. Din ir-relikwija ilha Hal Luqa sa mill-1715 u kien gabha habib tal-kappillan Agius, certu Francesco Albotti, minghand l-Abbati tal-patrijiet Cistercensi tal-Monasteru ta' San Fabjan u San Sebastjan f'Ruma. Taha lill-Kappillan Agius fit-12 ta' Gunju 1715 f'relikwarju tal-bronz indurat. Fl-1721 sar Ostensorju bi flus Dun Guzepp Ellul u n-Nutar Filippu Tonna.



HAMIS IX-XIRKA - FUNZJONIJIET

Kien proprju l-Gran Mastru De Rohan li fl-1777 ordna biex il-festi kemm fil-Knisja kif ukoll barra jsiru bl-akbar pompa, u dan sabiex il-poplu jallegra ruhhu u jaljena. Dan kien il-bidu tal-festi fl-irhula u fl-ibliet kif nafuhom illum. F'Novembru 1781 insibu li l-Isqof Labini ra l-istatwa ta' Sant'Andrija lesta fin-nicca taghha.



IL-GIMGHA L-KBIRA: FUNZJONI U PROCESSJONI

Minn studju ricenti li ghamel Dr. John Debono, B.A., M.A., Ph.D., gie svelat illi din l-istatwa saret mill-iskultur Giuseppe Scolaro li kien mill-Isla. Id-disinn ta' l-istatwa kien ta' Giuseppe Bonnici filwaqt illi din l-istatwa thallset minn Andrea Camenzuli, it-tnejn Hal Luqin. (Ara Lehen il-Parrocca Luqa -Lulju Awissu 2005). Il-mixghela kienet issir bit-tazzi taz-zejt u mhux l-ewwel darba li saru wkoll il-fjakkoli.



IL-VGILI TAL-GHID

Beda jsir in-nar ghall-festa, b'murtaletti, maskli u giggifogu; filwaqt li fis-snin ta' bejn l-1835 u l-1849, il-prokuratur kien jahseb biex igib banda ghall-festa. Di fatti fis-sena 1879, ir-rahal kien mixghela wahda: insibu li sew lejlet u nhar il-festa daqqew zewg baned. F'jum il-festa, banda daqqet fuq palk fil-pjazza u l-ohra mxiet mal-purcissjoni. Is-surmast Pawlu Nani li kien Maestro di Cappella, daqq ghall-ewwel darba antifona gdida komposta minn ibnu Antonio Nani.



GHID IL-KBIR - PROCESSJONIJIET

Wara din l-antifona baqghet tinstema' ghal hafna snin fil-festa tal-Appostlu Sant'Andrija, sakemm fl-1930 haditilha postha l-antifona li ghandna llum u li hija komposizzjoni ta' Ferdinando Camilleri. In-nar ghal din is-sena inhadem kollu minn dilettanti Hal Luqin.


Send any questions or problems regarding
this service to
the administrator.

last modified: March 2015