MRO. CARMELO CARUANA
Mro. Carmelo Caruana twieled Hal Luqa fit-3 ta' Novembru 1927 bin Gwann
Battista u Giovanna nee' Farrugia. Huwa zzewweg lis-Sinjura Evelina mill-Birgu fl-1954.
Kellu zewg ulied, bintu Joane u Joseph li hu ukoll muzikant u bandist ma' diversi
baned fosthom mal-banda taghna.
Meta kont tidhol fl-istudju tieghu fejn kien jikkomponi u jirranga, kont thoss li
dhalt f’tempju tal-muzika. Kull fejn iddawwar wiccek tara kotba, partituri,
CDs .... kollox marbut mal-muzika. Impressjonanti l-ammont ta’ arrangamenti li kellu
arkivjati, kif ukoll jimpressjonak ghax meta kont tistaqsih ghal xi bicca muzika,
kien jghidlek: “Iva ghandi zewg arrangamenti”. Hu pprepara tant xoghlijiet
muzikali biex setghu jigu esegwiti mill-banda kemm dik immexxija minnu nnifsu kif
ukoll minn baned ohrajn. Xiehda ta’ dan, Mro Carmelo Caruana nhatar Surmast
Onorarju ta’ diversi baned ma’ Malta. Fost dawn nsibu bla dubju lil Ghaqda
Muzikali Sant'Andrija, Banda Beland taz-Zejtun, ta' Birzebbugia, ta' Bormla,
ta' Hal Qormi, kif ukoll ta' San Lawrenz tal-Birgu.
Minn ckunitu kellu rabta kbira ma' l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija peress li
missieru kien attiv fil-kazin u membru fil-Kumitat. Missier is-Surmast Caruana,
is-Sur Gio Batta Caruana kien ghal diversi snin Direttur tal-Kazin, kaxxier, kif
ukoll President fi zmien l-Gwerra bejn l-1944 u 1945; u ghalhekk kien jiehu lil
ibnu l-kazin mieghu. Mro Carmelo Caruana ukoll kien membru tal-kumitat u serva
f’bosta karigi fosthom ta’ Segretarju u Arkivista. Kien membru fil-kumitat bhala
Arkivista meta fl-1952 l-Ghaqda ghalqet 70 sena, u gie inawgurat il-kazin
prezenti flimkien ma' strumentatura gdida u Arkivju Muzikali gdid. Proprju fl-2002
meta l-Ghaqda fakkret l-50 sena minn din il-grajja, l-Ghaqda pprezentat tifkira
lilu, kif ukoll lil Francis X. (Cikku) Mifsud, l-unici zewg membri li kienu ghadhom hajjin minn dak
il-kumitat. Mro. Carmelo Caruana kien wiehed minn ta’ l-ewwel li nhatar Membru
Onorarju tal-Ghaqda taghna.
Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro Carmelo Caruana kienet dik fil-kamp
muzikali. Kif kienet drawwa f’dawk iz-zminijiet, jigifieri ftit qabel it-Tieni
Gwerra Dinjija, Membri jew Bandisti kienu jghallmu dak li kienu jafu lil ohrajn. Ma
kienx hawn skejjel tal-muzika. Fil-kas ta’ Mro Caruana, kien propju missieru Gan
Patist, li kien muzikant, li beda jghallmu. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri,
ukoll iben l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija kien iz-ziju tieghu, jigifieri hu missieru.
Mal-Banda Sant'Andrija huwa hareg idoqq bil-kwartin. Kompla l-istudji tieghu
ghand Mro Antonio Muscat Azzopardi u wara tghallem l-armonija u l-vjolin taht
Mro Agostino Camilleri.
Ghal zmien twil kien jifforma parti mill-Kappella tas-Surmast Lorenzo Galea
tal-Birgu u tas-Surmast Camilleri, maghrufa ghal hafna servizzi religjuzi
f'diversi knejjes ta’ Malta u Ghawdex. Beda l-karriera tieghu bhala Surmast
mal-Banda Sant'Andrija fejn dan idderiega ghal diversi drabi bhala
'co-director' tal-banda. L-ewwel darba li dderiega l-Banda Sant'Andrija
ufficjalment bhala sostitut tas-Surmast Chev. A. Muscat Azzopardi kien fil-15
t'Awwissu 1949, min dakinhar idderiega lil Banda ghal bosta drabi. Is-Surmast
prezenti ta’ dak iz-zmien, Mro Antonio Muscat Azzopardi kien jemmen li s-Surmast
Caruana kellu talent muzikali kbir u ghamel minn kollox biex jghin lil dan
it-talent johrog fil-berah. Kienet drawwa ta’ Mro Antonio Muscat Azzopardi li
jrawwem lil Mro Caruana billi jhallieh jidderiegi l-kuncerti tal-Banda. Kont
tarahom wara l-kuncert jiddiskutu l-muzika maghzula, kif ukoll id-direzzjoni.
Wara l-Gwerra, b’Malta prattikament kollha mgarrfa, l-Banda Sant'Andrija dejjem
baqghet attiva bil-kuncerti. Mro Carmelo Caruana flimkien ma' diversi bandisti,
kienet l-hena taghhom li johorgu l-muzika u jdoqqu kuljum kull filghaxija.
Apparti Mro Carmelo Caruana (kwartin), trawmu diversi bandisti eccezzjonali
fosthom is-Surmast presenti tal-Banda Sant'Andrija Mro Paul Schembri
bl-Euphonium, John Calleja bil-kurunetta, GianMari Busuttil bil-Baxx, Guzeppi
Bartolo bit-Trumbun, Karmnu Magri bil-Clarinet u diversi bandisti ohra ...
bandisti ta’ talent kbir li Mro Caruana gharaf
juza s-servizzi taghhom kemm dam Surmast ta’ Baned ohra madwar Malta.
Drawwa ohra li ghenet ittejjeb it-talent ta' Mro Caruana kienet li s-Surmast tal-Banda Anton Muscat
Azzopardi kien jixtri diversi partituri orkestrali biex jigu rrangati ghal Banda
taghna, kif ukoll ghall-Banda l’Isle Adam tar-Rabat fejn Mro Muscat Azzopardi
kien ukoll Surmast. Kien ihalli f’idejn Carmelo Caruana biex jirranga l-muzika. Is-surmast
Carmelo Caruana zgur jibqa' maghruf ghal kompozizzjonijiet u arrangamenti
muzikali li ghamel ghal diversi baned.
Ghat-talenti muzikali tieghu kien maghzul bhala Surmast tal-Banda Maria Mater
Gratiae ta' Haz Zabbar fl-1963 u dam ghal ghaxar snin Surmast taghha. Fl-1969 ma' din l-istess
banda dderiega l-Innu Kantata lill-Appostlu Sant'Andrija nhar il-Festa f'Hal
Luqa.
Kien fl-1973 meta nhatar bhala Surmast tal-King's Own Band tal-belt Valletta, li kellu jhalli
l-Banda ta’ Haz Zabbar. Fil-kazin tal-Banda tal-Belt huwa gia kien ilu aktar minn
ghaxar snin bhala Assistent Surmast, jghallem l-aljievi u jassisti lis-Surmast il-Maggur
Anthony Aquilina. Kien ukoll bandist ma’ din il-banda fejn kien idoqq
il-klarinett Piccolo. L-ewwel darba li dderiega l-King's Own kienet fil-Festa
tal-Madonna tal-Gilju fl-Imqabba fl-1973. Sena wara fl-1974 gie celebrat
ic-Centenarju mit-twaqqif tas-Socjeta' u Banda King's Own. Il-King's Own taht id-direzzjoni
tas-Surmast Carmelo Caruana esegwiet program fit-Teatru Manoel fejn daqqet is-Sinfonija
Struensee ta’ Mayerbeer u Sinfonija 'Dal Nuovo Mondo' ta' Dvorak li kollha
spiccaw b'applawsi kbar. Minn dakinhar il-quddiem kienu biss successi
bil-programmi li ta' kull sena l-Banda Cittadina King's Own kienet tesegwixxi
madwar Malta u Ghawdex, kif ukoll fil-programmi fl-Istitut Kattoliku
fil-Furjana. Nistghu nghidu li l-maggoranza tal-karriera muzikali tieghu nafuha
ma' din il-banda fejn dam ghal 29 sena shah. Fl-2002 kellu jirtira ghal
ragunijiet ta' sahha, u bhala apprezzament tal-hidma li ghamel ma' din il-Banda, l-kumitat
hatru bhala Surmast Emeritus.
Mro Carmelo Caruana kien ukoll Surmast tal-Banda Kristu Re ta' Rahal Gdid bejn
l-1987 u 1993.
Ghal sittax-il sena mexxa wkoll il-Banda tat-Tarzna fejn kien impjegat bhala
‘draughtsman’.
Huwa dejjem hadem biex ikattar u jghallem is-sbuhija tal-muzika. Hafna jiftakru
il-programm ta' Peter Paul Ciantar 'Siesta', kuljum wara nofsinhar fuq FM Bronja.
Dan kien programm radjofoniku fejn il-Maltin kienu jitolbu biex jindaqqu diversi
bcejjec ta' muzika klassika. Kull nhar ta' Hamis, is-Sur Ciantar kien icempel lil
Mro Caruana biex fuq ir-radju jiddiskutu dwar xi kompozitur partikolari. Ukoll
waqt il-kuncerti kien ihobb jispjega dwar il-muzika li tkun ser tindaqq.
L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija dejjem sabet l-appogg tas-Surmast Carmelo
Caruana. Kien jigi bil-qalb kollha jiltaqa' ma' shabu membri tal-Ghaqda taghna.
Kull meta is-Socjeta' kellha bzonn xi bicca muzika dan kien jghaddiha lil
arkivista 'senza interessi'. Ukoll kull meta fil-ftit okkazjonijiet is-Surmast
prezenti kien ikun indispost, huwa kien jidderiegi l-banda minfloku. Kien dejjem
unur li banda tkun diretta f’xi okkazjoni minn Surmast ta’ dik il-kwalita’
specjalment minn bniedem li ghamel isem ghal Hal Luqa madwar Malta kollha.
Mro Carmelo Caruana miet nhar it-Tnejn 17 ta' Jannar 2005 fl-ghomor ta' 78 sena.
Il-Funeral sar fil-Knisja Parrokkjali ta’ Rahal Gdid. Fil-funeral tieghu hadu
sehem zewg baned Maltin. Il-Banda Kristu Re ta' Rahal Gdid, b’korteo f'Rahal gdid.
Sarlu wkoll Korteo iehor f'rahal twelidu, Hal Luqa, bil-Banda
Sant'Andrija. Diversi kienu l-baned li gew bl-istandard taghhom, apparti l-Ghaqda
Muzikali Sant'Andrija u l-Banda Kristu Re ta' Rahal Gdid li daqqew. Kien hemm
rappresentati dawn il-baned: il-King's Own Band tal-Belt Valletta, l-Banda
Beland taz-Zejtun, L'Isle Adam tar-Rabat, Banda San Lawrenz u Prince of Wales
tal-Birgu, Lily Band u Santa Marija tal-Imqabba, Banda Santa Katerina taz-Zurrieq,
San Guzepp ta' Hal Ghaxaq, Santa Marija tal-Qrendi u Nicolo Isourd tal-Mosta.
Dan kollu b'turija ta' rispett kbir li kellu dan is-surmast mill-komunita'
bandistika Maltija.
Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.
last modified: May 2003